L-oroskopju taħt iż-żodijaku ta’ Libra

L-oroskopju għal din il-ġimgħa mwassal lilkom minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Aquarius ser ifisser li se tibda tara d-dawl ta’ dak li tant tixtieq tibda twettaq. Bil-mod dan ser ikun ukoll dak is-sinjal li int tant ilek tistenna. Għalkemm mhux ser ikun sinjal komplut ser tibda tagħraf il-vera kapaċità tiegħek u kemm tista’ tkabbar aktar il-madwar tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Cancer. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 7 u 10. Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Pisces ser ikun ifisser bidu ta’ ħolma li tant ilek tistenna sabiex twettaq dak li dejjem xtaqt. Dan ser tarah reali u se tara dak li dejjem ħsibt issa wasal il-mument fejn ser tibda taħsad minn dak li żrajt. Ser ikun bidu ġdid, agħrad li tkun iżjed iffokat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Scorpio. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 6, 8 u 9. Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ Aprik

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Aries ser ikun ifisser bidu ta’ attività kompletament miftuħa fuq skala differenti minn dak li kont qed twettaq. Però issa din l-attività trid tħejji tajjeb għaliha biex twettaq il-pjan tiegħek. Tejjeb il-ħsieb dwar il-pjanijiet biex issaħħaħ aktar l-attività.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Leo. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 6, 8, 9 u 10. Namaste

Taurus mill-20 t’April sal-20 ta’ Mejju

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Taurus ser ikun ifisser li int tista’ tibda tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Ikun tajjeb li f’dan il-perjodu ddur dawra miegħek innifsek sabiex meta jasal il-mumentta’ pressjoni fil-karriera, tkun aktar imħejji u b’hekk tkompli tissaħħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta’ Capricorn ser ikun ta’ għajnuna pożittiva u flessibilità għalik. Taurus huma magħrufin għall-umiltà tagħhom. Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Gemini ser iħalli l-impatt tiegħu fil-mod ta’ kif int ser tibda tħejji l-ħsieb li jiġġenera madwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont teħtieġ opinjoni oħra għalihom. Trid tkun int li tasal tagħmel id-deċiżjoni finali u minn issa ’l quddiem se tara fik bidla aktar soda f’dak li twettaq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Sagittarius. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 6, 7 u 9. Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Cancer ser jurik kif għandek tieħu deċiżjoni tajba għal dak li riesaq lejk fiż-żmien qarib. Din id-deċiżjoni se tkun taf li għandu jkollok impatt differenti fil-format tal-ħajja li fil-preżent int għandek u kif qed tagħmilha. Ftakar biss li f’dan il-mumen kulma tagħmel irid ikun ippjanat sew. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Virgo. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 7, 9 u 10. Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Leo ser ifisser bidu ta’ ideat ġodda, ideat li jafu jkunu fundamentali f’dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fi tkabbir ta’ dak li hemm madwarek sabiex tkompli fit-tkabbir ta’ dak ta’ madwarek. Tibżax sabiex tiżviluppa dawn l-ideat anzi agħraf wettaqhom bl-aktar mod ideali f’dan iż-żmien. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Aries. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 6, 8, 9 u 10. Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Virgo ser ikun ifisser tisħieħ profond f’dak li għandek madwarek. It-tkabbir li hemm ġej kollu minn dak li qed jispirak u xejn aktar. Dan jista’ jkun ix-xahar tiegħek imma agħraf li ħsibijietek iżżommhom fik u kemm tista’ tantx tafda. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Aquarius. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 5, 7 u 9. Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku għall-istess Libra ser ifisser ħafna enerġija favur tiegħek minn kull angolu. Kollox ma’ kollox dan ifisser li int għandek perjodu ferm interessanti u fejn itn ser tagħraf dak kollu li vera tixtieq verament jista’ jiġi lejk. Agħraf biss lilek innifsek u mhux dak li ħaddieħor jista’ jinfluwenzak bih. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodijaku ta’ aspirazzjoni għalik ġej minn Capricorn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 7, 8 u 9. Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Scorpio ser ikun ifisser ftit ta’ tibdil mill-iskedali għandek ifformulata. Dan ser ikun sabiex tagħraf ittejjeb aktar l-iskeda kollha mhux biss dik ta’ kif tippjana dwar il-karriera tiegħek imma wkoll kif għandek tqawwi l-imħabba ta’ madwarek sabiex tkun persuna kompluta. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Taurus. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 6, 8 u 10. Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala  Sagittarius ser ikun bidu ta’ tħejjija ikbar. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm ser ikun hemm dan il-ħsieb madwarek ma toħloqx inċertezza. Żomm mal-ħsieb li kellek ftit qabel ma bdejt tħoss dan. Ftakar biss li dan jaf ikun perjodu li tkattar. Agħraf sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Libra. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 5, 7, 8 u 9. Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

F’dan iż-żodijaku ta’ Libra għalik bħala Capricorn ser ikun kif int trid tkattar l-impatt tiegħek fil-mod li fih iżżomm dak li akkwistajt. Għalkemm ser ikun hemm xi mumenti ta’ tfixkil, mill-esperjenzi passati tiegħek, trid tagħraf iżżomm sod u dak li hemm madwarek iżżommu, anzi tkattar aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodijaku ta’  aspirazzjoni għalik ġej minn Gemini. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 4, 6, 7 u 9. Namaste

More in Oroskopju