It-tieni ġimgħa taħt iż-żodjaku ta’ Virgo

Mill-Ħadd 30 ta' Awwissu sas-Sibt 5 ta' Settembru  

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodjaku għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf tippjana b'mod aktar kawt.  Għalkemm int ma’ kontx ħażin rigward kif tipjana, dan huwa l-mument fejn sejjer jagħtik aktar perfezzjoni fl-ippjanar tiegħek sabiex b'hekk jagħmlek aktar tagħraf lilek innifsek.  Għalhekk irrifletti. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  30, 2, 3 u 5.     

Aquarius huma magħrufin li jservu ta’ pont.  Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Iż-żodjaku għalik Pisces ser jagħmlek tagħraf aktar mill-viċin int min vera int. Inutili toqgħod toħloq ċertu sitwazzjonijiet.   Wasal il-mument li int tagħmel iżjed ħeġġa u kuraġġ ġewwa fik u dawn flimkien ser ikunu s-soluzzjoni sabiex int tersaq u tagħraf aktar lilek innifsek. Għaraf sew dan.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.  

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  1, 2, 4 u 5.     

Pisces huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.  Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodjaku għalik Aries ser ikun mument ta’ riflessjoni profonda dwar deċiżjoni li int għandek tieħu. Issa ma tistax taħli aktar żmien, iżda għasal għal dik id-deċiżjoni li għandha bżonn titieħed.  Wara dan il-pass int ser tħossok aħjar. Ħares biss il-quddiem.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.  

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  30, 31, u 4.   

Aries huma magħrufin għal-independenza tagħhom.  Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Iż-żodjaku għalik Taurus ser jagħmlek tħossok aktar emozzjonali u għalhekk trid tagħraf iżomm ħafna bilanċ għal mod ta’ sentiment li sejjer jiżdied ġewwa fik.  Jekk int ma tkunx kapaċi iżomm il-bilanċ meħtieg, il-quddiem jista’ joħloq ċertu anzjeta żejda. Irrifletti. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  1, 3, 4 u 5.    

Taurus huma magħrufin għal-abbilta’ organizzata tagħhom.  Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodjaku għalik Gemini ser jagħmlek tagħraf aktar tikkontrolla il-pressjoni li hemm iddur bħalissa madwarek.  Dan ser tagħmlu sabiex int ikollok aktar ħin trankwill sabiex tkun tista’ twettaq f'aktar serenita’ dak li verament tixtieq.  Għaraf sew u ħu kontroll aktar.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  31, 1, 3 u 5.  

Gemini huma magħrufin għal gwida li jagħfu joffru.  Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

Iż-żodjaku għalik Cancer ser iġib miegħu bosta tibdil f'dawn il-jiem. Għalhekk int trid tagħraf aktar kif ser tħejji għal dan it-tibdil fejn issa, għal dan il-proċess, int trid tagħraf aktar l-imġieba tiegħek lejn dawk ta’ madwarek. Għandek prospetti sbieh b’dan it-tibdil.  Għaraf tkun imħejji sew.    

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  30, 2, 3 u 5.  

Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali.  Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

Iż-żodjaku għalik Leo ser iġib miegħu bosta ċaqlieq lejk l-aktar fil-karriera tiegħek. Ser ikollok għaddejin bosta ħsibijiet li int tixtieq twettaq iżda tħoss li mhux il-waqt li teżerċita dan.  Għaraf ħaġa waħda biss li int temmen iżjed fik innfsek.  Dan jaf ikun biżżejjed. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  31, 2, 3 u 4.    

Leo huma magħrufin għal-abbilta’ u twemmin fihom infushom.  Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru

Iż-żodjaku għalik Virgo ser jagħmlek tgħaddi minn fażi ta’ ċertu ħsibijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi.  Huma dawn tal-aħħar li jafu jħallu effet fuqek peress li dan huwa perjodu fejn int trid tagħraf tikkumbatti.  Trid tissielet sabiex dak li jidher diffiċili jingħeleb u tħossok aktar sodisfatt żgur.    

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  31, 1, 3 u 5.  

Virgo huma magħrufin għal-attenzjioni li huma joffru.  Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

Iż-żodjaku għalik Libra ser jagħmlek tagħraf kif trid tibda tqassam il-ħin għalik sabiex fil-fażi li għaddej minnha bħalissa, isib mumenti ta’ rilassament.  Trid tqatta’ aktar ħin ma’ dawk ta’ madwarek kif ukoll trid tagħraf il-bżonnijiet kollha tagħhom, b'hekk dan ikun mument ta’ tkattir fil-madwar tiegħek.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  30, 1, 3 u 4.  

Libra huma magħrufin għall l-istabbilta pożittiva tagħhom.  Namaste

Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Iż-żodjaku għalik Scorpio ser jagħmlek tagħraf tkun fl-aktar mument pożittiv u ideali għalik sabiex tkun lest tilqa’ għall isfidi li ser jibdew jersqu lejk.  Jekk int tagħraf tuża moħħok, żgur li l-isfidi jiġu megħluba.  Mhux biss, imma tagħraf tkattar aktar il-maturita’ lejk.  Iriffletti sew.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgha. 

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  1, 2, 4 u 5.     

Gemini huma magħrufin għall-flessibilta’ tagħhom.  Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodjaku għalik Sagittarius ser ikun il-waqt fejn trid tagħraf eżatt x'tixtieq.  Żgur li bħalissa hemm bosta sitwazzjonijiet li tixtieq li jiġu solvuti kemm jista’ ikun fl-iqsar żmien possibli.  Mur għal dawk is-sitwazzjonijiet li int tħoss li tixtieq tkun taf ir-riżultat ta’ wara.  Għaraf sew dan għax hemm riesaq gwadan.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  31, 1, 3 u 5.   

Sagittarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom.  Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodjaku għalik Capricorn ser ikun il-waqt ta’ kif int ser tħares lejn is-sitwazjioni kollha ta’ madwrek.  Trid toqgħod attent għax f'dan l-istadju ċertu sitwazzjonijiet madwarek jafu ma jkunux dak li fil-verita’ jidhru.  Għaraf sew il-verita’.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.  

Id-dati ideali għalik din il-ġimgħa huma:  30, 2, 4 u 5.   

Capricorn huma magħrufin kemm huma nies umli.  Namaste 

More in Oroskopju