L-Oroskopju taħt iż-żodjaku ta’ Leo

Mill-Ħadd 26 ta' Lulju sas-Sibt 1 ta' Awwissu 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf iżjed li kollox għandu ż-żmien tiegħu minħabba dak li int fil-preżent għaddej minnu.  Imma din fażi u ser toħroġ minna, basta tagħraf timxi b'moħħok biex b'hekk terġa taqbad ir-ritmu ta’ stabilta’ li tant hi bżonjuża.  Għaraf dan.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste  

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Pisces ser ikun ifisser aktar impenn ta’ responsabilta’ fil-madwar kollu tiegħek.  Hekk int ser tagħraf turi kemm int responsabbli.   Minn naħa l-oħra int issa ser tagħraf kemm huwa mportanti li t-tejjeb il-madwar tiegħek.  Dan sabiex tagħraf aħjar dak li hemm riesaq lejk.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.  

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer.

Pisces huma magħrufin li jimxu mal-mument.  Namaste 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Aries ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera tiegħek.  Hekk li minn issa int ser tagħti spinta kemm biex ittejjeb iżjed il-ħidma tiegħek u kemm biex twessa aktar ħiltek.  Dan trid tagħraf tagħmlu b'mod għaqli sabiex b'hekk tkabbar dak li tixtieq.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.  

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio.  

Aries huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.  Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Taurus ser ikun iffiser impenn ta’ preparazzjoni f'dak li għandek riesaq lejk sabiex int tkun tista’ ittejjeb aktar il-kapaċitajiet tiegħek.  Persuna ser tavviċinak u ser toffrilek opportunita’.  Għaraf ħu parir sewwa qabel tagħmel xi pass lejn din l-opportunita’. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. 

Taurus huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Gemini ser ikun iffiser aktar impenn dwar proġetti li trid tibda twettaq.  Għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazjonjiet delikati xorta waħda int kapaċi tasal fejn vera tixtieq tasal, Għaraf imxi iżjed b'moħħok.  Għalhekk irrifletti. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgha. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius.  

Gemini huma magħrufin għas-sensittivta’ li joffru. Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Cancer ser ikun iffiser aktar impenn lejn dak li verament tixtieq għalik.  Għalhekk issa din il-fażi ser tagħtik iċ-ċans ta’ dawra kompluta madwarek kemm mill-lat ta’ kif tibda tippreżenta lilek innifsek, kif ukoll biex torganiżża l-madwar tiegħek kif ukoll fid-dehra tiegħek.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. 

Cancer huma magħrufin għal-burdata stabbli tagħhom.  Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik l-istess Leo ser iġiegħlek taħseb li wasal żmien li tbiddel l-istil ta’ madwarek.  Ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk kif ukoll biex int tagħraf lilek innifsek aktar.  Għalhekk tajjeb li tagħmel riflessjoni dwar dan.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aries.

Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Virgo ser jagħmlek tħossok persuna aktar dixxiplinata.  Din is-sitwazzjoni ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqgħek ma’ persuni ġodda bi probabilta’ ta’ proġetti ġodda.  Biss trid tagħraf tkun imħejji sew u li lest tkun kapaċi għal dan it-twettieq. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.  

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini.   

Virgo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effetiv ħafna.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Libra ser iwasslek għal fażi ta’ trankwillita’ fejn int kemm jista’ jkun trid tipprova żżomm lilek innifsek kalm.  Ipprova għaraf dak li esperjenzajt fil-passat sabiex ma’ terġax tirrepetieħ u b’hekk tkun tista’ tħares aktar b'fiduċja u stabbilta’ lejn dak li riesaq lejk. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. 

Libra huma magħrufin għal-bilanċ li huma kapaċi iwwetqu.  Namaste  

Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Scorpio ser jagħmlek tagħraf li dan huwa l-mument fejn tagħraf li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ madarek sejra lura u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek.  Iżda jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan finanzjarju dan ikun ferm utli ghalik għal stabbilta’. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Capricorn.  

Scorpio huma magħrufin għal-istabillta tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Sagittarius ser jagħmlek tagħraf kemm huwa mportanti li minn issa tibda iżjed toħroġ il-qawwa kollha tiegħek.  Għalkemm uħud minn dawk ta’ madwarek mhumiex jaraw li sejjer jirnexxilek twettaq dan il-pass kbir li ser tagħmel. Ibqa żgur li ser tħalli lill kullħadd sorpriż.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra. 

Sagittarius huma magħrufin bħala nies motivati ħafna.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Capricorn ser jagħmlek iddur dawra madwarek.  Għalhekk f'dan il-perjodu int għandek tosserva aktar dak kollu li jibda’ iseħħ madwarek sabiex b'hekk int tkun tista’ tanaliżża dak kollu li jkun għaddej u minn hemm int tkun tista’ tieħu direzzjoni ideali għalik. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus.  

Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.  Namaste 

More in Oroskopju