Bidu taż-Żodjaku ta' Leo

Mill-Ħamis 23 ta’ Lulju sas-Sibt 22 ta’ Awwissu 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf iżjed li kollox għandu ż-żmien tiegħu, minħabba dak li int għaddej minnu fil-preżent.  Imma din ser tkun fażi u ser toħroġ minnha, basta tagħraf timxi b'moħħok biex b'hekk terġa taqbad ir-ritmu ta’ stabilta’ li tant hi bżonjuża.  Għaraf dan.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. 

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ fehema soda. Namaste  

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Pisces ser ikun iffiser aktar impenn ta’ responsabilita’ fil-madwar kollu tiegħek.  Hekk int ser tagħraf turi kemm int responsabbli.  Minn naħa l-oħra int issa ser tagħraf kemm huwa importanti li ttejjeb il-madwar tiegħek, dan sabiex tagħraf aħjar dak li hemm riesaq lejk.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.  

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer.

Pisces huma magħrufin li jimxu mal-mument.  Namaste 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Aries ser ikun iffiser aktar impenn fil-karriera tiegħek.  Hekk li minn issa int ser tagħti spinta kemm biex int ittejjeb iżjed ħidmietek u ovvjament sabiex twessa’ aktar ħiltek.  Iżda dan trid tagħraf tagħmlu b'mod għaqli sabiex b'hekk tkabbar dak li tixtieq.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.  

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio.  

Aries huma magħrufin għat-tmexxija ntensiva tagħhom.  Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Taurus ser ikun iffiser impenn ta’ preparazzjoni f'dak li int għandek riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista ttejjeb aktar il-kapaċitajiet tiegħek.   Persuna ser tavviċinak u ser toffrilek oppurtunita’.  Għaraf li tieħu parir sew qabel tagħmel xi pass lejn din l-oppurtunita’. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo.

Taurus huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Gemini ser ikun iffiser aktar impenn dwar il-proġetti li issa trid tibda twettaq.  Fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazjonjiet delikati xorta waħda int kapaċi tasal fejn vera tixtieq tasal.  Iżda għaraf li timxi iżjed b'moħħok.  Għalhekk irrefletti. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius.

Gemini huma magħrufin għas-sensittivta’ li joffru.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Cancer ser ikun ifisser aktar impenn lejn dak li verament tixtieq għalik.  Hekk li issa din il-fażi ser tagħtik iċ-ċans ta’ dawra kompluta madwarek kemm mill-lat kif tibda tippreżenta lilek, kemm kif torganiżża il-madwar tiegħek iżda wkoll fid-dehra tiegħek.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius.

Cancer huma magħrufin għal-burdata stabbli tagħhom. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik l-istess Leo ser iġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tbiddel l-istil ta’ madwarek.  Ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq għalik u kemm biex int tagħraf lilek aktar.  Għalhekk tajjeb li tgħamel riflessjoni dwar dan.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aries.

Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Virgo ser jagħmlek tkun tħossok persuna aktar dixxiplinata.  Din is-sitwazzjoni ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqek ma’ persuni ġodda bil-probabilta’ ta’ proġetti ġodda.  Biss int trid tagħraf li tkun imħejji sew u li int lest tkun kapaċi għal dan it-twettiq. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini.

Virgo huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effetiv ħafna. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

Il-bidu ta’ żodjaku ta Leo għalik Libra ser iwasslek għal-fażi ta’ trankwillita’ sabiex int kemm tista’ tiprova żomm lilek taħt sitwazzjoni kajmana.  Prova għaraf dak li int esperjenzajt fil-passat sabiex ma’ terġax tirrepeti u hekk tkun tista’ tħares aktar b'fiduċja u stabilta’ lejn dak li riesaq lejk. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo.

Libra huma magħrufin għal-bilanċ li huma kapaċi iwettqu. Namaste  

Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Scorpio ser jagħmlek tagħraf li dan huwa il-mument fejn tagħraf li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ madarek sejra lura u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Iżda jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan finanzjaru dan ikun ferm utli għalik għall istabilita’. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Capricorn.

Scorpio huma magħrufin għal-istabilita’ tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Sagittarius ser jagħmlek tagħraf kemm huwa mportanti li minn issa tibda toħroġ iżjed bil-qawwa kollha tiegħek.  Għalkemm uħud minn madwarek m’humiex jaraw li sejjer jirnexillek twettaq dan il-pass kbir li int sejjer tagħmel.  Imma ibqa żgur li ser tħalli lill kulħadd sorpriż.   

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra.

Sagittarius huma magħrufin bħala nies motivati ħafna.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Leo għalik Capricorn ser jagħmlek iddur dawra madwarek.  Għalhekk f'dan il-perjodu int għandek tosserva aktar dak kollu li jibda jseħħ madwarek sabiex b'hekk int tkun tista’ tanaliżża dak kollu li jkun għaddej u min hemm int tkun tista’ tieħu direzzjoni ideali għalik. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus.  

Capricorn huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.  Namaste 

More in Oroskopju