Bidu ta’ Żodjaku ta’ Gemini

Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju  

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Aquarius ser jagħmlek tagħti aktar kas ta’ saħħtek, fejn l-aktar li tinħass li hemm il-bżonn li tagħmel dan huwa li tħejji skeda tajba ta’ dieta.  Barra dan trid tara kif ħa ssib ħin biżżejjed sabiex tibda forma ta’ eżerċizzju li jkompli jagħtik stamina ideali.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 25, 27, 29 u 30.  

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Capricorn.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Pisces ser jagħmlek tagħraf kemm trid temmen fik sabiex ma’ taqtax qalbek minn dak li qed tesperjenza fil-preżent għax din is- sitwazzjoni ser tgħaddi fi ftit jiem oħra. Importanti tibqa’ kawt u tkompli għaddej.  Ħu din l-esperjenza bħala eżami.  Irrifletti.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 24, 26, 28 u 29.  

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Virgo.  Namaste 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Aries ser jagħmlek tkompli tkabbar il-pottenzjal tiegħek fil-karriera tiegħek.   Pero trid tara kif ħa żomm bilanċ għax ma tridx minħabba dan it-tkabbir ta’ madwarek tiżbilanċja minn dak li int għandek madwarek.  Ghalhekk għaraf sabiex iżomm bilanċ.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.  

Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 25, 26, 29 u 30. 

L-istilla li ser tispirak ġejja minn Scorpio.  Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Ġemini għalik Taurus ser jagħmlek tagħraf li deċiżjoni li ħadt setgħet kienet xi ftit mgħaġġla u minn dak li qiegħed jiġri madwarek fil-preżent trid tagħraf kif ħa dawwar is-sitwazzjoni ħalli kemm jista’ jkun ma jkunx hemm xi problemi aktar ikkomplikati li jistgħu jitfgħu aktar lilek f’sitwazzjoni delikata.

L aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

Dati ideali għalik għal din il-gimgħa huma dawn: 26, 28, 29 u 30.  

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Cancer.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Gemini ser jagħmlek tieħu deċiżjoni dwar il-futur f'dak il-pjan li hemm pendenti.  Din trid tkun waħda ta’ ħsieb profond,  dan sabiex dak li bħalissa jidher ikkomplikat jaf ikun oppost.  Int trid tibqa ffokat fuq dak li verament tixtieq.  Irrefleti sew.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 25, 27, 28 u 30. 

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Sagittarius.  Namaste   

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Cancer ser ikun ħsieb dwar il-fiduċja li int għandek f'kollega li int tafda b'għajnejk magħluqa, qed tinduna li jista’ jkun mhiex dik il-persuna kredibli li int kont taħseb.  Peress li int qiegħed f'dubju, wettaq bħal eżami magħha u b'hekk int tagħraf.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgha. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 24, 25, 27 u 29. 

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Pisces. Namaste  

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Leo ser jagħmlek tagħraf li l-ħajjja xi kultant mhux dejjem ħa tkun dejjem ward.   Bħalissa għaddej minn fażi delikata ħafna li jekk ma toqodx attent taf tkun waħda aktar ikkomplikata.  Għaraf li din hi fażi. Għalhekk emmen fik innifsek aktar sabiex tegħleb dan ma ddumx.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.   

Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 24, 26, 28 u 30. 

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Taurus. Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Virgo ser ipoġġik bejn żewġ sitwazzjonijiet li ser iġibuk bejn ħaltejn fejn ħa taqbad tmur.  Int ser ikollok tara lil fejn ħa tiġbed l-aktar jekk mhux fil-karriera jew fl-imħabba li int għandek.  Għalhekk għaraf sew dwar kif tista’ toħloq bilanċ.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn:  24, 25, 27 u 29. 

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Aquarius. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Libra f'dan l-istadju ser jgħalmek lil min tista’ tafda jew le, u jekk tafda sa kemm int tista’ twassal li tafda, lill dak li jkun.  Dan qiegħed iseħħ madawrek minħabba dak li int kont esperjenzajt fil-passat .  Għalhekk irrifletti ftit dwar din ir-rejalta’ li int fiha sabiex tagħraf iżjed.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.  

Dati ideali għalik għal din il-ġimgha huma dawn: 24, 26, 29 u 30.  

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Aries Namaste

Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Scorpio ser jgħallmek kemm tavvanza u tissaħħaħ.   Imma dan xi kultant jaf iġib miegħu aktar responsabilita’ u din is-sitwazzjioni tista’ tikkawża ċertu tensjoni.  Għalhekk int trid tagħraf li ma jkunx hemm dan.  Agħraf aqsam sew dak li issa dieħel għaliħ.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.  

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 24, 26, 28 u 29.   

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Leo. Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Sagittarius ser jagħmlek tara li l-ħajja ta’ madawrek għandha  triq li minn issa ser tkabbarlek il-madwar tiegħek.  Il-ħajja tiegħek riesqa lejn aspirazzjoni li int tant ilek tħaddan.  Wasal iż-żmien li int tisaħħaħ fil-karriera tiegħek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 25, 27, 28 u 30. 

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Libra.  Namaste  

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

Il-bidu ta’ żodjaku ta’ Gemini għalik Capricorn ser jagħmlek tagħraf kemm qed tikkumbatti sabiex iżomm lura minn xi kumplikazzjonijet fil-karriera meta taf li issa għandek ħafna pjannijiet sbieħ ta’ tkabbir, imma bħal qisek m’intix fiduċjuż biżżejjed.   Taqtax qalbek, ħares il-quddiem u emmen fik innifsek.

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 

Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 26, 27, 29 u 30.  

L-istilla li ser taspirak ġejja minn Gemini.  Namaste  

More in Oroskopju