L-aħħar Oroskopju ta’ Żodjaku ta’ Taurus

Mill-Ħadd 17 ta' Mejju sas-Sibt 23 ta’ Mejju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Aquarius ser jippermettilek li l-abbilta’ titqawwa u tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali u anke tal-madwar tiegħek.  Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa tirbaħ dak li int tlift.  Għalhekk aħtaf dan il-perjodu sabiex titkattar.  

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.  

L-istilla li toffrilek aspirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio.   

Aquarius huma magħrufin kemm huma nies umli.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Pisces ser jagħmlek ftit aktar mexxeja mis-soltu.  Fejn jekk is-soltu kont tkun kajman f'xi pass li twettaq, issa f'dan il-perjodu int ser tħaffef dan il-proċess u dan iffiser li issa, għandek tagħraf tgħarbel iżjed dak li int ser tkun ser twettaq.  Irrefletti.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.  

L-istilla li toffrilek aspirazzjoni għalik ġejja minn Leo.    

Pisces huma magħrufin li jservu ta’ pont.  Namaste 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Aries ser iwassal għal riflessjoni dwar il-karriera tiegħek.  Għalkemm hemm sitwazzjonijet oħra li jridu l-attenzjoni tiegħek, int m’intix bħal qisek mhux tinduna dwar dan għax ovvjament ser tkun iffukat fuq il-linja tal-karriera tiegħek iżda kun għaqli sabiex tibilanċja.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.  

L-istilla li toffrilek aspirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn.     

Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.  Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Taurus ser jagħmlek xi ftit inċert.  Dan minħabba inċertezza kbira dwar it- tkomplija ta’ dak li kien imfassal li sejjer jitwettaq.  Pero’ int żomm lilek innifsek kawt u pprova li bil-mod xorta twettaq dak li int tixtieq.  Ikkumbati ma’ dan il-perjodu sabiex tkattar aktar l-istabbilta’ tiegħek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.  

L-istilla li toffrilek aspirazzjoni għalik ġejja minn Virgo.     

Taurus huma magħrufin għall independenza tagħhom.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Gemini ser ikun iffukat dwar l-ippjanar ta’ proġetti li int issa wasal żmien li tibda twettaq.  Għalkemm tħossok xi ftit mifxul minħabba li għandek ħafna ħsibjiet ta’ kif eżattament tixtieq twettaq dan kollu.  Is-sens ta’ abbilta’ li għandek ser twasslek fejn tixtieq.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-istilla li tofrilek aspirazjoni għalik ġejja minn Sagittarius.      

Gemini huma magħrufin għall abbilta organizzata tagħhom.  Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Cancer ser ikun ifisser li dan huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dan il- perjodu sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f'dak li int tixtieq.  Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmlek possibli li tirċievi dan kollu. 

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-istilla li toffrilek aspirazzjoni għalik ġejja minn Gemini.         

Cancer huma magħrufin għall ispontanjeta’ tagħhom.  Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Leo ser ipoġġik f'pożizzjoni komda sabiex int timxi b'dik ir-rankatura li int suppost miexi biha fil-ħajja ta’ madwarek.  Ma’ dan kollu żomm lilek iffukat ftit aktar mis-soltu sabiex ma’ tikkometix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi.  Irrifletti sew dwar dan.

L-aktar jum idejali  għalik għal din il ġimgħa huwa t-Tlieta.  

L-istilla li toffrilek aspirazzjoni għalik ġejja minn Pisces.        

Leo huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Virgo ser jagħmlek tħossok xi ftit konfuż aktar mis-soltu.  Issa minħabba hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek u kemm aktar is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek.  Għalhekk għaraf kemm tista’ tkun aktar kawt f'dak li int taħseb.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

L-istilla li toffrilek aspirazzjoni għalik ġejja minn Taurus.       

Virgo huma magħrufin għall abbilta’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Libra ser ikollu effett ovvjament li tkun aktar attent f'dak li hemm riesaq lejk aktar milli kont qabel.  Għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex tieħu dak li jinqala b'aktar kalma u trankwillita’.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

L-istilla li toffrillek aspirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius.        

Libra huma magħrufin għall bilanċ tal-madwar tagħhom.  Namaste  

Scorpio mill-23 ta’ Ottubru sal-21ta’ Novembru

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Scorpio ser jagħmlek ftit aktar bla paċenzja u tibda tħossok li trid l-affarijiet ta’ madwarek ikunu fuq pass aktar mgħaġġel.  Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b'saħħtek f'dak li ġej, pero’ trid tagħraf tikkontrolla dak li ovvjament ser twettaq b'aktar ħeġġa.  Agħaraf dan.

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 

L-istilla li toffrillek aspirazzjoni għalik ġejja minn Libra.         

Scorpio huma magħrufin għall l-istabbilta’ tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Sagittarius ser jagħmlek ftit aktar aggressiv fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali u kemm ta’ madwarek.  Dan jaf ikun ta’ sfida għalik minħabba dak li ġej.  Issa int taf turi aktar abbilta’ qawwija f'dak li int trid tesprimi u twassal dan sabiex int turi aktar ħiltek f'dak li hemm.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 

L-istilla li toffrillek aspirazzjoni għalik ġejja minn Cancer.         

Sagittarius huma magħrufin għall flessibilta’ tagħhom.  Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

L-aħħar żodjaku ta’ Taurus għalik Capricorn ser jagħmlek tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek.  Fejn jekk int is-soltu tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja tiegħek, dan issa sejjer isib bidla sabiex b'hekk int minn issa tkun tista’ tiffoka lejn dak li riesaq lejk. Irrifletti sew.

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-istilla li toffrillek aspirazzjoni għalik ġejja minn Aries.       

Capricorn huma magħrufin għall burdata stabbli tagħhom.  Namaste 

More in Oroskopju