L-Oroskopju taħt iż-Żodjaku ta’ Taurus

Oroskopju mill-Ħadd 3 ta' Mejju, sas-Sibt 9 ta' Mejju       

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Aquarius ser ikun għalik mument sabiex tagħraf l-aktar affarijiet importanti li int għandek madwarek.  Ovjament, dan ikun iż-żmien opportun tiegħek li int tibni l-madwar tiegħek. Għaraf ħejji tajjeb sabiex tisaħħaħ f'dak li hemm riesaq lejk. 

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn:  Aħmar u Vjola.

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

Aquarius huma magħrufin għal gwida li jafu joffru.  Namaste 

Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Pisces ser iwasslek f'dak il-mument li tagħraf tirbaħ u tkattar lejk dak kollu li int tagħraf trid.  Int bħalissa għandek l-isbaħ żmien li tisaħħaħ f'kull parti tal-ħajja li int trid. Għaraf dan il-mument importanti li jwasslek għal-aktar stabilita’. 

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn:  Roża u Isfar. 

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.  

Pisces huma magħrufin għas-sensittivita tagħhom. Namaste

Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Aries huwa żmien ta’ kalma.  Il-kalma ġewwa fik hi perjodu fejn se tagħraf dak li hemm ġewwa fik minħabba ostakli differenti li ġejjien u minħabba f'hekk int  m’għandekx għalfejn titlef din il-kalma.  Anzi għaraf aktar ħu dan iż-żmien b'għaqal.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn:  Iswed u Vjola. 

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 

Aries huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste

Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Taurus ser jiftaħlek il-possibilta’ li int tkattar aktar il-ħajja ta’ madwarek.  Tista’tkompli tikber fil-karriera tiegħek, tista tkattar l-imħabba tiegħek u jistgħu jinfetħu toroq ġodda li forsi kienu magħluqin.  Ħares il-quddiem b'aktar pożittivita’ sabiex twettaq.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn:  Blu u Aħdar. 

L-aktar jum idejali  għalik għal din il ġimgħa huwa t-Tlieta. 

Taurus huma magħrufin għat tmexija intensiva tagħhom Namaste

Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-Żodiaku tal-Qamar Kwinta għal Gemini ser jagħtik iċ-ċans tagħraf id- differenzi li int esperjenzajt, sabiex minn dawn l-esperjenzi int tkun tista’ tqassam aħjar bejn il-karriera u l-ħin ta’ benefiċju għalik.  Il-bilanċ huwa ferm importanti minn issa l-quddiem, għalhekk għaraf sew dwar dan.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn:  Isfar u Kannella. 

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

Gemini  huma magħrufin li jagħrfu jimxu mal-mument.  Namaste

Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Cancer ser ifisser mument li tagħqad dak kollu li int ġbart mill-pariri li ħadt sabiex tiġi għal konkluzjonijiet. Issa għamilt biżejjed sabiex tisma’. Issa ieqaf u rifletti fuq dak kollu li smajt u iddeċiedi.  Wasal il-mument li tkattar minn dak imħejji għalik.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn:  Oranġjo u Aħmar.  

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.   

Cancer huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehema soda. Namaste

Leo, mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Leo huwa żmien ta’ ippjanar f'dak li int tant ilek taħseb għaliħ.  Dan huwa perjodu għalik ta’ konċentrazzjoni għal dak l-ippjanar ta’ immportanza massima.  Taqtax qalbek minn dak li tara li huwa difficili imma żomm lilek iffukat u konċentrat.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn:  Blu u Isfar.

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.  

Leo huma magħrufin għal direzjoni pożittiva tagħhom.  Namaste

Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Virgo huwa żmien profond ta’ iffukar fuq it-tkabbir tal-karriera tiegħek. Iffukar fuq il-proġetti li għandek imħejija għax-xhur li ġejjin, dan sabiex int tkompli ċ-ċirku mistiku ta’ madwarek u hekk tkompli bil-pjanjiet li hemm ippjanati.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn:  Isfar u Oranġjo. 

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 

Virgo huma magħrufin għall motivazjoni tagħhom.  Namaste

Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Libra ser iwasslek għal aktar għarfien li int akkwistajt matul dawn l-aħħar ġimgħat. Jekk int tħares lura u tagħraf dak kollu li int wettaqt se tħoss ċertu sodifazzjioni u dan ser ikun biżżejjed sabiex int tagħraf kemm int verament kapaċi f’ħiltek.  Irrifletti. 

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn:  Oranġjo u Isfar. 

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ t-Tnejn. 

Libra huma magħrufin għall immaġinazjoni tagħhom.  Namaste

Scorpio, mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Scorpio ser iddaħlek f'mument li tirrifletti eżattament minn dak li int esperjenzajt fil-passat sabiex minn dak li esperjenzajt tużaħ fix-xhur li ġejjin.  B'hekk int se tibni pedament aktar fis- sod b'aktar tkabbir madwarek għal futur tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn:  Aħmar u Kannella.

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Gimgħa. 

Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom.  Namaste 

Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Sagittarius ser jagħrfek li int għandek tagħraf aktar lil dawk li madwarek verament huma persuni ġenwini, li dejjem tawk dak l-appoġġ meħtieg l-aktar meta int għaddejt minn mumenti diffiċli.  Għaraf dan u ftakar dejjem.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn:  Aħdar u Isfar. 

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.   

Sagittarius huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effetiv ħafna.  Namaste

Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar   

Iż-Żodjaku tal-Qamar Kwinta għal Capricorn ser iwasslek għal tħejjija sabiex int tagħraf eżattament dak li huwa tajjeb għaż-żmien li ġej. Int għandek tagħraf li issa huwa l-mument sabiex tibni aktar lilek.  B'hekk għandek tisaħħaħ aktar għal dak li riesaq lejk.  Irrifletti.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn:  Blu u Isfar.

L-aktar jum idejali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.  

Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva.  Namaste 

More in Oroskopju