L-Oroskopju taħt iż-Żodjaku ta’ Taurus

Mill-Ħadd 26 ta' April, sas-Sibt 2 ta' Mejju

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodjaku ta’ Aquarius ser ikun ifisser li huwa dak il-mument opportun li tagħraf dan il-perjodu sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f'dak li int tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmilha possibli li tirċievi dak kollu li minn issa jista’ jagħmlek aħjar.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26, 27, 29 u 1 

Aquarius huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru.  Namaste

Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodjaku ta’ Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li int għandek minħabba li taf terġa tidħol fil-passat tiegħek u dan ovvjament jaf joħloq xi problemi kemm lilek u il-madwar, għalhekk għaraf li l-passat huwa passat sabiex b'hekk biss int tkun tista’ timxi il- quddiem.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27, 29 ,1 u 2  

Pisces huma magħrufin għas-sensittivita tagħhom. Namaste

Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodjaku ta’ Aries ser ikun mument inċert f'dak li int trid twettaq. Dan ser joħloq ftit ta’ tensjoni imma int trid tagħraf issaraf  l-abbilta’ magħrufa tiegħek biex b'hekk inti tkompli miexi  b-determinazzjioni u tħares il-quddiem f'dak li riesaq lejk. Emmen iżjed fik innifsek sabiex tkabbar aktar l-istabilta’ tiegħek.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Dati idejali għal din il-ġimgha huma dawn: 26, 28, 30 u 1 

Aries huma magħrufin għat tfassil dettaljat tagħhom.  Namaste

Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Iż-żodjaku ta’ Taurus ser ikun ifisser mument li int trid tagħraf aktar dwar il-bilanċ fil-ħajja ta’ madwarek.  Għalkemm int ser tkun mitluf ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment fir-relazzjioni li int għandek. Żomm il- bilanċ sabiex tevita konsegwenzi.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 28 u 2  

Taurus huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.  Namaste

Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodjaku ta’ Gemini ser ikun ifisser mument li tagħraf timxi aktar b'pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu int kont iddum sabiex tieħu xi pożizzjoni jew deċiżjoni.  Issa dan ser tibda twettqu b'aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Għalhekk għaraf żomm dan il-pass.   

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 29 , 30 u 1 

Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument.  Namaste

Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodjaku ta’ Cancer ser ikun ifisser mument li jqawwilek iżjed l-abilta’ tiegħek sabiex b'hekk inti tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali u anke tal-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa tirbaħ dak li int tlift jew ħadulek mill-karattru.  Ghalhekk kun imħejji aktar. 

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

Dati idejali għal din il-ġimgha huma dawn: 26 , 27, 30 u 2 

Cancer huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda.  Namaste

Leo, mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodjaku ta’ Leo ser ikun ifisser mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek, fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan issa sejjer jinbidel kompletament.  B'hekk ser tagħraf tieħu kontroll aktar tal-madwar kollu tiegħek.  Agħraf din l-isfida li hemm riesqa lejk.   

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Dati idejali għal din il-ġimgha huma dawn: 26 , 28 , 29 u 30 

Leo huma magħrufin għad-direzzjioni tagħhom.  Namaste

Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru 

Iż-żodjaku ta’ Virgo ser ikun ifisser mument li ser jagħmlek ftit aktar agressiv fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali u kemm ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik u dan ser isarraf sabiex inti turi aktar l-abilta’ tiegħek f'dak li inti trid tesprimi u twassal.  Għaraf sew din il-fażi.  

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 28 , 30 u 2 

Virgo huma magħrufin għall-motivatazzjoni tagħhom.  Namaste

Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodjaku ta’ Libra ser ikun ifisser mument ta’ aktar paċenzja. Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi b' aktar maturita’ u għaqal  f'dak li ġej kemm fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li inti għandek. Agħraf ikkombina l-esperjenza miksuba sabiex finalment tirbaħ dak li verament tixtieq.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 29 u 1  

Libra huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom.  Namaste

Scorpio, mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

Iż-żodjaku ta’ Scorpio ser ikun ifisser mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex dak li ġej madwarek tiffaċjaħ b'aktar kalma u trankwilta’ u b'hekk timmatura lilek innifsek.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 28 , 29 , 1 u 2 

Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom.  Namaste

Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

Iż-żodjaku ta’ Sagittarius ser ikun iffiser mument ta’ ftit aktar ta’ tensjioni madwarek aktar mis- soltu.  Issa minħabba dan int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek u ferm aktar is- sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat, pero’ finalment int ser tkun rebbieħ.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 27 , 29 , 30 u 1 

Sagittarius huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.  Namaste

Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

Iż-żodjaku ta’ Capricorn ser ikun ifisser li trid timxi b'aktar għaqal sabiex fil-ħajja ta’ madwarek  iżomm lilek iffukat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma’ tikkomettix ċertu żballji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi, imma tkattar dak li ġej u ovvjament tisaħħaħ iżjed. 

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 26 , 27 , 28 u 30 

Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva.  Namaste 

More in Oroskopju