L-aħħar żodijaku ta' Aries

L-Oroskopu mill-Ħadd 12 ta’ April, sas-Sibt 18 ta’ April

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Aquarius ser jagħmlek tagħraf aktar xi trid u x’inhu l-aħjar għalik, dan huwa żmien pożittiv għal fejn int trid tagħraf tkun aktar konċentrat lejn ħidmietek sabiex b'hekk tiġbed aktar opportunitajiet ġodda għaraf sew dan.  

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt  

Dati idejali għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 7, 9 u 11  

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera tiegħek huma minn Scorpio.  Namaste

Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni mhux il-mument ideali għalik li tieħu xi deċiżjoni, tgħaġġilx il-karriera tiegħek ħa tkompli tagħtik dak is-sodisfazjon li tixtieq għal kemm resqin opportunitajiet ta’ sfida. Irrifletti sew.

L-aktar jum idejali  għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa 

Dati idejali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 5, 6, 8 u 10  

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera tiegħek huma minn Cancer.  Namaste

Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Aries ser ikun il-mument li trid issib bilanċ tajjeb fil-ħidma tiegħek għalhekk ħejji pjan sabiex waqt li fil-ħidma responsabbli li riesqa lejk tkun imħejji u ppreparat sew u ma’ tiżbilanċjax il-madwar tiegħek.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.  

Dati idejali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 6, 8, 9 u 11

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera tiegħek huma minn Capricorn.  Namaste

Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Taurus ser ikun il-mument li ser ilaqqgħek ma’ persuna mill-passat u dan ser jerġa jġiblek ċertu memoriji li int u hi kellkom imma jekk int il-passat għalqtu terġax tmur għaliħ speċjalment meta int taf minn x’hiex għaddejt għal hekk irrifletti.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 6, 7, 8 u 10  

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera tiegħek huma minn Aquarius.  Namaste

Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt li stilla ta’ Aries, għalik Gemini hu l-mument ta’ riflessioni dwar il- pass li int trid twettaq fejn minħabba li huma magħqbuda bejn il-passat u l-futur trid tanaliżża  sew kwalunkwe pass. Pero int kapaċi tmexxi lilek innifsek. Għaraf biss li tkun imħejji bi pjan preċiż.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta  

Dati idejali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 5, 7, 8 u 9  

Persuni idejalment ta’ ġwida fil-karriera tiegħek huma minn Libra.  Namaste

Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-stilla ta’ Aries, għalik Cancer huwa l-mument ta’ ħsieb dwar ċaqlieq ġdid li riesaq lejk, trid tagħraf int eżattament xi trid, bħal issa qisek tixtieq tkun aktar iffukat u stabbli fil-karriera sabiex minn hemm tkun tista’ tippjana dak li hemm għal futur.

L-aktar jum idejali  għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

Dati idejali għal din il-ġimgħa għalik huma dawn: 6, 8, 10 u 11 

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera tiegħek huma minn Sagitarius. Namaste

Leo, mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Leo huwa l-mument ta’ riflessjoni sabiex int ma’ tkunx tant rasek iebsa dwar dak li għaddej fir-relazzjoni tiegħek imma trid tagħraf issib spazju ta’ rilassament sabiex tkun tista tirreffleti sew. Imxi biss ma’ dak li int tħoss ġewwa fik.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 

Dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 8, 9 u 10

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera tiegħek huma minn Taurus.  Namaste

Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru 

Għall-aħħar taż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Virgo huwa l-mument li int trid tagħraf aktar ir-responsabilta’ li int dħalt għalija. Issa li din hi madwarek, agħti dak li tista’ ħalli tkattar u saħħaħ il-pożizzjoni tiegħek sabiex b'hekk tkompli timxi il-quddiem.  Għaraf kun aktar flessibli.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 

Dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 7, 8 u 11

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera għalik huma minn Aries.  Namaste

Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Libra ser ikun il-mument fejn tagħraf jekk l-opportunita’ li riesqa lejk hijiex waħda vijabli jew le. Din l-opportunita’ taf tkun ta’ żvantaġġ il-quddiem għalhekk int għandek tagħraf sew dan il-pass. Issa trid turi il-vera kapiċita’ tiegħek.

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. 

Dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 8, 9 u 10  

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera għalik huma minn Pisces.  Namaste

Scorpio, mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Scorpio huwa mument ta’ riflessjoni profonda fuq dak li esperjenzajt dawn l-aħħar ġranet. Trid tagħraf aktar fejn trid tkompli miexi. Dan għandek tagħmlu b'aktar kuraġġ u determinazzjoni. Żgur li sejjer tasal fejn tixtieq.

L-aktar jum idejali  għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. 

Dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 8, 10 u 11  

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera għalik huma minn Gemini.  Namaste 

Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Sagittarius huwa l-mument fejn tagħraf issib l-aħjar soluzzjoni dwar il-pjanijiet li qed iduru madwarek. Trid tagħraf b'mod aktar flessibili sakemm int terġa tibda tirranka sabiex pass pass twettaq dawn il-pjanjiet utili għalik.  

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

Dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 7, 9 u 10 

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera għalik huma minn Virgo.  Namaste 

Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

Għall-aħħar taż-żodjaku taħt l-istilla ta’ Aries, għalik Capricorn ser jagħmlek tagħraf li l-ebda deċiżjoni bħalissa ma’ hija tajba li tittieħed rigward il-pożizzjoni preżenti li qed iddur madwrek. Għalkemm qed tħoss ċertu pressjoni fuqek, għandek tieħu ftit aktar żmien sabiex tkun aktar iffukkat. 

L-aktar jum idejali għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. 

Dati idejali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn:  7, 8, 10 u 11  

Persuni idejalment ta’ gwida fil-karriera għalik huma minn Leo.  Namaste

More in Oroskopju