Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius mill-Ħadd 20 ta’ Jannar sas-Sibt 18 ta’ Frar

L-Oroskopju mill-Ħadd 19 ta' Jannar sas-Sibt 25 ta' Jannar

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Aquarius ser iwassal sabiex inti tkun tista’ tagħti dik il-fiduċja li tant tixtieq. Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista’ tafda dwar ir-responsabbilitajiet li resqin lejk sabiex tkabbar il-madwar tiegħek b’aktar serenità

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 19, 21, 23 u 25

Namaste

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Pisces ser jagħmlek tagħraf li int tant tixtieq tirranġa jew tirregola l-madwar tiegħek, imma jekk minn issa tagħraf tikkumbatti, hemm possibilità tajba li tilħaq l-għan tiegħek. Qatt m’għandek taqta’ qalbek iżda trid tibqa’ temmen aktar fik innifsek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 20, 21, 23 u 24

Namaste

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Aries ser jersaq pjanli int tkun tixtieq twettaq imma trid verament tħejji sew għalih. Taf li int ma tant tħobb tmur ħażin f’dak li tkun trid twettaq, taf li dan il-pjan trid tagħti spinta ’l quddiem għal dak li hemm bżonn isir. Tgħaġġilx imma imxi bil-għaqal

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 21, 22, 24 u 25

Namaste

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Taurus ser joffrilek dak il-mument li int għandek tagħraf aktar verament x’tixtieq għalik u anke għall-ħajja ta’ madwarek. Issa trid tagħraf iżjed ir-responsabbilitajiet li erfajt u trid turi kemm int matur għal dak li hemm madwarek bħalissa.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 20, 22, 23 u 24

Namaste

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Gemini ser ikun għalik twettiq ġdid. Mhix ser tkun faċli għalik speċjalment fid-dinja ġdida li int se tipprova tidħol fiha. Bil-karattru determinat tiegħek, xejn mhuwa diffiċli. Int magħruf li tegħleb kull sfida li ssib quddiem u din ukoll se tegħlibha, però għandek telgħa’ quddiemek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 19, 21, 23 u 25

Namaste

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Cancer ser joħloq żmien ta’ stennija għal risposta partikolari u dan għandu jiġri f’dawn il-ġimgħat li ġejjin. Issa għandek impenji importanti li se jiftħulek bosta toroq kemm fil-ħajja professjonali u aktar.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 20, 22, 24 u 25

Namaste

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Leo ser jagħmlek twebbes rasek aktar u dan jaf ikun għalik ta’ gwadann sabiex int turi li int ta’ karattru. Iva jistgħu jolqtuk ħażin imma dan huwa l-bżonn tal-mument li int se tiffaċċja. B’hekk int se tagħti tiwssija li int taf tadatta lilek innifsek għal kull sitwazzjoni.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 20, 21, 22 u 24

Namaste

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Virgo jaf jikkawża nuqqas fir-rankatura li kont għaddej biha però dan mill-banda l-oħra ser ipoġġik f’pożizzjoni sabiex tiffoka aktar fuqek, xi ħaġa li żgur għandek bżonn. Kull sitwazzjoni fiha l-pożittiv u n-negattiv tagħha, dan huwa mument sabiex int tirrifletti ftit aktar dwarek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 19, 21, 23 u 25

Namaste

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Libra se joffrilek opportunità li riesqa lejk. Int taf li bħalissa trid tkun attent minn dak li tagħmel minħabba dak li għaddejt minnu ftit żmien ilu. Fl-istess waqt ma tridx titlef dak li jista’ jkun ta’ aktar gwadann għalik.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 20, 22, 24 u 25

Namaste

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Scorpio ser iwassal sabiex int tagħraf timxi b’moħħok u mhux b’qalbek. Xejn ma jsir malajr u kollox irid il-ħin tiegħu, issa huwa l-waqt sabiex tara kemm int kapaċi tegħleb dak kollu li taffaċja. Dan jagħmlek tagħraf aktar ħilietek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 19, 21, 22 u 23

Namaste

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Sagittarius ser iġiblek ħsibijiet tal-passat u dan ser jagħmlek anzjuż. Minħabba f’hekk persuna li ma tantx kellek mument tajjeb magħha, terġa’ titfaċċa f’ħajtek. Dan jaf ikun ta’ eżami għalik sabiex tagħraf kemm int verament b’saħħtek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 19, 21, 23 u 25

Namaste

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Aquarius għal Capricorn ser joffrilek sfida sabiex int tagħraf tkun kapaċi taffaċja sitwazzjonijiet diffiċli. Grazzi għal dan, għandek tkun kawt ħafna f’dak li jista’ jkun riesaq lejk. F’mument fejn int imdawwar b’ħafna pożittivita u m’għandekx tkun imfixkel b’dak li ġej jew seħħ madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma 19, 22, 24 u 25

Namaste

More in Oroskopju