Il-qamar kwinta taż-żodijaku ta’ Aquarius

L-oroskopju mill-Ħadd 12 ta’ Jannar sas-Sibt 18 ta’ Jannar

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Aquarius ser ikun mument fejn int ser tħoss ċertu ħeġġa pożittiva f’dak li int tixtieq twettaq. Taf li għandek deċiżjoni iebsa quddiemek imma xorta se twettaq però wara trid tirrifletti sew madwarek. Agħraf dan

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi l-Amethyst

Namaste

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ ser ipoġġilek ħsieb ta’ pjan li int għandek ġewwa fik sabiex issa dan jitwettaq. Jekk ma jitwettaqx ikun ta’ telf personali għalik. Dan huwa l-mument ideali li tibda twettaq sabiex tagħraf kemm idealment ser tħossok kburi. Irrifletti

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi s-Citrine

Namaste

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Aries ser ikun il-waqt li tagħraf li wasal iż-żmien li għandek tkompli tħares ’il quddiem. Tibżax tieħu deċiżjonijiet għax dawn ser iservu ta’ avvanz f’ħajtek. Issa hu l-mument li għandek tħares għal tkattir biss. Agħraf

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi l-Bronzite

Namaste

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Taurus ser ikun mument li tagħraf aktar il-madwar tiegħek. Se tagħraf tkun aktar soċjali ħalli t-tensjoni li hemm madwarek tinħall u b’hekk toħloq enerġija pożittiva sabiex tilħaq l-għanijiet tiegħek. Agħraf.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi l-Garnet

Namaste

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Gemini għalkemm bħalissa l-ġressjoni madwarek qiegħda tikber, m’għandhiex iżżommok milli tkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Dan huwa mument fundamentali għalik fejn issa trid turi l-aktar il-kapaċità tiegħek sabiex twettaq dak li ilek taħdem għalih.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi t-Tiger’s Eye

Namaste

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Cancer jagħmlek toqgħod lura sabiex is-sitwazzjoni preżenti tibda tinħall. Persuna li tagħtik wens f’dak li int għaddej minnu bħalissa għandek tagħraf il-potenzjal tagħha u għalkemm ma tistax toffrilek il-mija fil-mija imma dejjem tkun ta’ direzzjoni. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi l-Moonstone

Namaste

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Leo ser tagħmlek tħoss li bħalissa trid spazju għalik taħdek u dan ser jaffettwa ftit l-ambjent ta’ madwarek iżda huwa l-mument li trid tagħraf iżjed it-twemmin fik innifsek sabiex din il-fażi tgħaddi u b’hekk int tkattar iżjed il-ħiliet tiegħek. Irrifletti sew

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi l-Jasper

Namaste

 

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Virgo ser jagħmlek tagħraf aktar kif se ssib is-soluzzjoni ta’ dak li tinsab għaddej minnu bħalissa. Dan huwa l-mument opportun li tieħu din id-deċiżjoni. Tibżax minn dan għax aktar ma tkun iffokar aktar timxi b’rittmu pożittiv. Agħraf

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi l-Opal Blue

Namaste

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Libra għandu jkun ta’ gwida fil-pass ta’ investiment li tixtieq twettaq. Issa trid toqgħod ferm attent li mhux tibni knisja u tħott oħra. Trid tagħraf iżżomm bilanċ bejn iż-żewġ investimenti li ser ikollok. Agħraf li minn issa tkun iffokat ferm iżjed.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi l-Quartz Clear

Namaste

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ huwa mument ta’ riflessjoni dwar id-direzzjonijiet li għandek tieħu wara l-esperjenzi li għaddejt minnhom. Ovvjament imxi b’pass għaqli għax għalkemm hemm il-ħtieġa tat-twettiq trid tagħraf u tirrifletti

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi r-Ruby

Namaste

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ ħsibijiet li bħalissa għaddejjin madwarek dwar u kif se tħares ’il quddiem. Dan iseġġ wara li għdek m’intix ċert dwar x’se jipprovdilek il-futur. Triq li mhix faċli imma xorta għandek tkun iffokat.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi s-Sapphire

Namaste

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Għall-qamar kwinta għall-istilla ta’ Capricorn ser tersaq lejk responsabbiltà ġdida fil-karriera sabiex int tapprova li dak li ġie fdat f’idek għandek il-ħila twettqu u tagħti risposta diretta lil min ħaseb li m’intix kapaċi. Agħraf emmen aktar fik innifsek.

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa

Il-kristalla ideali għalik għal dan ix-xahar hi t-Topaz Mystic

Namaste

More in Oroskopju