Edizzjoni speċjali tal-Oroskopju għall-Milied 2019
Mill-Ħadd 22 ta' Novembru sas-Sibt 28 ta' Diċembru
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun il-bidu ta’ mixja fid-direzzjoni t-tajba. Sa fl-aħħar int se tara kif il-madwar tiegħek ser joffrilek dak li tant ilek tistenna. Int trid tagħraf timxi aktar b’moħħok sabiex dan ikun ta’ direzzjoni pożittiva f’dak li hemm riesaq lejk. Agħraf dan.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Virgo
Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Pisces ser jipprovdilek dak li ilek taħdem għalih imma trid tagħraf toqgħod attent minn fixkla li ser iddur madwarek forma ta’ ħbiberija li minn ftit kunfidenza tista’ tikber u tikkawżalek ħsibijiet żejda. Għalhekk aħseb sew dwar dan.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Capricorn
Namaste
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Aries ser jipprovdilek bidla fil-mod li int tista’ tikkomunika aħjar kemm ma’ kollegi tiegħek u anke taf ittejjeb il-madwar tiegħek aktar milli taħseb. Dan huwa l-mument għalik fejn il-mentalità tista’ tkun aħjar u dan ser tagħrfu fil-ġimgħat li ġejjin.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Leo
Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Taurus ser jipprovdilek imġiba u ħsibijiet differenti li ma kont tistenna li ser taħseb dwarhom. Dawn is-sitwazzjonijiet sejrin iġibu bidla fik imma dan isir jekk int tkun lest għal dan. B’hekk se tkompli tevolvi fil-ħajja tiegħek. Agħraf.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Sagittarius
Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Gemini ser jipprovdilek tarġa oħra ’l fuq fil-karriera tiegħek. Ma’ din it-tarġa se tiżdiedlek ir-responsabbilità ta’ madwarek u trid issib bilanċ. Din se tkun ta’ sfida biex turi li int lest għal kull bidla li tkun meħtieġa madwarek. Irrifletti. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Cancer
Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Cancer ser jipprovdilek dik l-isfida li fil-karriera li tixtieq. Tibżax tagħmel dan il-pass, anzi dan ser jiftaħlek toroq u opportunitajiet ġodda li ma kontx taħseb li int kapaċi għalihom. Issa wasal il-mument li tavvanza. Agħraf dan.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Taurus
Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Leo se jipprovdilek is-sodisfazzjon li tant jixraqlek wara dak kollu li int għaddejt. Ġej il-mument li anke dawk ta’ madwarek sejrin jagħrfu dan u sejrin jesprimu ħsibijiethom dwarek. Dan ser ikun żmien fejn riesaqa lejk it-trankwillità.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Scorpio
Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Virgo huwa mument ta’ tħejjija ta’ pjan li int tista’ ser iġiblek tibdil f’dak li taħseb sabiex issa twettaq dak li ilek tixtieq. Issa huwa l-mument li għandek tagħmel dan u ssib is-sodisfazzjon li ħaqqek. Ħares ’il quddiem u kompli avvanza.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Gemini
Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Libra ser taħseb li trid tgħaġġel ftit aktar mis-soltu fil-ħajja ta’ madwarek. Għalkemm dan mhux ħażin, trid tagħraf ukoll li din l-għaġġla tkun taħt kontroll għax jaf kollox jiġik bil-maqlub.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Pisces
Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Scorpio ser jikkawża ċertu kalma madwarek. Fil-mument dan ser ikun tajjeb sabiex int tirbaħ lura ċertu sitwazzjonijiet li setgħu kienu ibsin. Tinkwetax, aħtaf din l-opportunità u agħraf sew.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Libra
Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Sagittarius se tagħraf kemm l-ambizzjoni tiegħek hi importanti. L-effett ta’ dan ser tħossu jikber fik ftit aktar mis-soltu u dan ser jikkawża bidla fl-imġiba tiegħek. Dan huwa dak il-mument fejn int tista’ tirbaħ.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Aquarius
Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
L-oroskopju tal-Milied għaż-żodijaku ta’ Capricorn huwa mument li jagħmlek tagħraf se jipprovdilek motivazzjoni qawwija li dak kollu li kien qisu staġnat ser jinfetaħ. Dan huwa l-aktar żmien importanti għalik għax issa għandek dak kollu li tixtieq li jseħħ. Agħraf sew dak li tixtieq.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla ta’ żmien il-Milied li se toffrilek sliem u paċi ġejja minn Aries
Namaste