.jpg)
L-oroskopju ta’ New Moon ta’ Leo bejn it-28 ta’ Lulju u t-3 t’Awwissu
X'ġimgħa għandek tistenna. Jgħidlek Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Aquarius ser ikun ifisser li se tagħraf timxi b’aktar għaqal u dan sabiex int tkun aktar iffokat mis-soltu sabiex ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ konsegwenza meta għandek resqin lejk tant prospetti pożittivi. Agħraf dan sabiex ikun mument ta’ stabbiltà.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 1 u 2
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Pisces ser ikun ifisser waqt ta’ riflessjoni għal tibdil li ser jibda jseħħ madwarek u minħabba dan int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm lilek innifsek kif ukoll sitwazzjonijiet li ser jiżviluppaw. Dan huwa żmien ftit delikat għalik imma agħraf ikkonfrontah kemm tista’ pożittivament għax ikun jaqbel lilek.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 3
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Aries ser ikun mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk minn issa trid tibda tagħraf tikkontrolla aktar l-atteġġjament tiegħek u anke l-madwar tiegħek sabiex dak li ġej taffaċċjah b’aktar kalma u trankwillità u hekk tibda tħares ’il quddiem b’aktar determinazzjoni.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 2
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Virgo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Taurus ser ikun ifisser mument ta’ paċenzja u dan sabiex tagħraf tkattar il-maturità u l-għaqal f’dak li hemm riesaq lejk kemm fil-ħidma kif ukoll fil-madwar tiegħek. Agħraf ikkombina din il-paċenzja u żgur jekk tagħmel dan se tagħraf kemm se tibda tħossok aħjar u aktar iffokat. Agħraf.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 2
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Gemini ser ikun ifisser perjodu ta’ aktar aggressività fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek personali kif ukoll ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik minħabba li issa trid turi aktar id-determinazzjoni u l-kapaċità f’dak li int trid tesprimi u tixtieq twassal. Ħares ’il quddiem b’ottimiżmu.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 3
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Cancer ser ikun ifisser mument ta’ aktar kontroll fuqek innifsek. Dan sabiex minn issa ’l quddiem ħafna mid-deċiżjonijiet li se tieħu kemm tista’ jkunu bil-mertu tiegħek. Għalkemm parir dejjem iservik ta’gwida finalment trid tibda taħseb għal rasek. Irrifletti dwar dan.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 2
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Taurus
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Leo, ser ikun ifisser żmien li jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b’hekk int tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja personali u anke ta’ madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun fih terġa’ tirbaħ dak li int tlift jew ħadulek mill-karattru li tant int magħruf għalih. Agħraf dan
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 1 u 2
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Pisces
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Virgo ser ikun ifisser mument li fih tagħraf timxi b’aktar ħeġġa, fejn jekk is-soltu kont iddum sabiex tieħu xi deċiżjoni ta’ direzzjoni issa dan se tibda twettqu b’aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu xejra aktar pożittiva. Żomm dan il-pass kemm tista’ u rrifletti minn issa.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 3
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Sagittarius
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Libra, ser ikun perjodu li int trid tagħraf kemm trid tkun aktar stabbli fil-ħajja ta’ madwarek. Għalkemm int se tkun medhi b’ħafna proġetti kemm dawk preżenti kif ukoll dawk futuri, xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment issa li daqt se tkun fiż-żodijaku tiegħek. Agħraf
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31 u 3
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Aries
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Scorpio ser ikun mument fejn int trid tagħraf tkun aktar preċiż f’dak li int tixtieq tibda twettaq. Iżda int trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħrufa tiegħek biex b’hekk tkompli miexi b’determinazzjoni u tħares ’il quddiem għal dak li riesaq lejk. Parir ikun tajjeb li tisimgħu imma agħraf int.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 2 u 3
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Gemini
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Sagittarius ser ikun perjodu ta’ riflessjoni fl-imħabba li għadek qed tkattar fiha. Din taf toħloq xi problemi sakemm int tkun deċiż dwar fejn tixtieq tasal. Agħraf biss li l-passat huwa ktieb magħluq. Issa trid tħares ’il quddiem jekk trid il-kuntentizza li tant tixtieq.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 31 u 3
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Cancer
Sagittarius huma magħrufin għall-abbilità organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ new moon għal Capricorn ser ikun ifisser mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu sabiex dak li hemm madwarek tiżvolġih kif verament tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li ġejja madwarek se tagħmilha possibbli li tirċievi dak kollu li jista’ jagħmlek aħjar. Agħraf sew dan.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 3
L-istilla li se toffrilek motivazzjoni ġejja minn Leo
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom