X'ġimgħa għandek tistenna?

L-Oroskopju mill-Ħadd 7 ta’ Lulju sas-Sibt 13 ta’ Lulju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku għal Aquarius ser iġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tibdel l-istil ta’ madwarek. Ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li ġej għalik u anke biex int tagħraf lilek innifsek. Agħraf biss li ma’ din il-bidla int tkun iffokat fuq dak li hu utli. Għalhekk agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 10 u 12

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aries

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku għal Pisces ser jagħmlek tħossok persuna aktar iddixxiplinata, din l-esperjenza se tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha se tlaqqek ma’ opportunitajiet ġodda bi probabbilità ta’ proġetti ġodda. Biss int trid tagħraf li tkun imħejji sew għal dan kollu li riesaq lejk u hekk tagħraf aktar il-ħiliet kollha tiegħek. Irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:8, 10, 12 u 13

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku għal Aries ser iwasslek sabiex tagħraf iżżomm madwarek kalm sabiex ma twettaq l-ebda azzjoni. Prova tgħallem mill-esperjenza li għaddejt minnha fil-passat ħalli ma terġax tirrepeti dak u hekk tkun tista’ tħares aktar ’il quddiem b’aktar ottimiżmu u aktar kunfidenza. Emmen aktar fik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 11 u 12

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Leo

 Aries huma magħrufin għa-twebbis ta’ rashom.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku għal Taurus huwa mument fejn int qed tħoss il-pożizzjoni finanzjarja ta’ madwarek sejra mhux kif kien maħsub. Dan qiegħed joħloqlok ċertu pressjoni madwarek iżda jekk int tagħraf minn issa tagħmel forma ta’ pjan finanzjarju dan ikun utli għalik sabiex grazzi għal dan ikollok gwida. Agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 8, 10 u 12        

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku għal Gemini huwa mument ferm importanti fejn issa trid toħroħ il-kapaċitajiet kollha tiegħek u twettaq dak kollu li hemm pjanat. Għalkemm uħud minn madwarek mhumiex jaraw li dan ser jirnexxilek. F’dan il-pass kbir li int se tibda twettaq ibqa’ kawt u żgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż. Agħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 12 u 13     

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku għal Cancer ser iġġiegħlek tħares fil-fond ta’ madwarek. Fil-jiem li ġejjin int għandek tosserva aktar sabiex hekk tkun tista’ tanalizza dak kollu li jkun għaddej u minn hemm int tkun tista’ tiegħu deċiżjoni ta’ direzzjoni l-aktar ideali għalik. Agħraf biss li dan ikun fuq prinċipju li int tħaddan. Irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 8, 9 u 13   

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

 Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku għal Leo ser iġġiegħlek tanalizza iżjed li kollox għandu ż-żmien u l-ħin tiegħu imma din tkun fażi u int se toħroġ minnha basta tagħraf timxi b’moħħok u mhux b’qalbek. Hekk li għalkemm int tħobb timxi dwar dak li taħseb biss. Jista’ jkun li wasal iż-żmien li tibdel fehmtek dwar din il-pożizzjoni wkoll. Irrifletti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 12 u 13

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku għal Virgo ser ikun ifisser aktar impenn f’responsabbilità li issa qiegħda titkattar madwarek hekk int se tagħraf turi kemm int responsabbli minn dak kollu li issa se tibda twettaq. Min-naħa l-oħra int trid tagħraf ittejjeb dak li hemm madwarek sabiex tagħraf aħjar il-ġejjieni li riesaq lejk. Ħu dan kollu pass pass. Tgħaġġilx u rrifletti iżjed. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 11 u 12   

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Cancer

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku għal Libra ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera tiegħek b’hekk int ħa tagħti spinta kemm biex ittejjeb aktar il-madwar tiegħek u kemm sabiex twessa’ dak li għandek fil-preżent. Dan kollu int trid tagħraf tagħmlu b’mod għaqli u bil-galbu. Agħraf li meta mxejt mgħaġġel inħolqu konsegwenzi għalhekk agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: griż u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 10 u 13

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku għal Scorpio se jkun ifisser impenn ta’ preparazzjoni intensiva f’dak li int għandek riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista’ ttejjeb aktar ħiltek. Persuna li se toffrilek opportunità, agħraf li tieħu parir sew qabel ma tieħu xi deċiżjoni. Ħu l-ħin kollu li għandek bżonn sabiex tagħraf sew dak kollu. Din għandek toħodha fil-ħin adattat. Agħraf

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 8, 11 u 13

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku għal Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn fir-relazzjoni li żgur għandha bżonn aktar attenzjoni min-naħa tiegħek. Għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa dan issa lilek se jagħmlek tagħraf aktar int fejn tixtieq tasal. Għalkemm is-sitwazzjoni sejra żgur tinbidel għal dak li int tixtieq. Agħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 12 u 13

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku għal Capricorn ser ikun ifisser aktar impenn għalik u dan se jagħtik iżjed ċans ta’ dawra kompluta madwarek kemm mill-att kif tiba tippreżenta lilek innifsek u kemm ma’ kollegi u dawk ta’ madwarek u kemm kif tibda torganizza l-iskeda tiegħek. Dan huwa tibdil meħtieġ li se jagħtik direzzjoni aktar stabbilita. Irrifletti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 17,18, 21 u 22       

L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

 Capricorn huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru

More in Oroskopju