Aktar minn 60 tarbija se jiġu ppreżentati quddiem il-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu
'Tant kien hemm domanda kbira, li se tkun qed issir ċelebrazzjoni oħra' - il-Gwardjan Patri Ramon Farrugia
Fl-okkażjoni tal-Festa tas-Salib Imqaddes, iċċelebrata b’solennità kbira fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, fil-Belt Valletta, se jiġu ppreżentati t-trabi quddiem il-Kurċifiss Mirakoluż magħruf bħala Ta’ Ġieżu.
F’kummenti ma’ dan is-sit, il-Gwardjan Patri Ramon Farrugia qal li tant kemm id-domanda kienet kbira li se tkun qed issir ċelebrazzjoni oħra biex dawk li għadhom ma kitbux lit-trabi tagħhom, ikunu jistgħu jagħmlu dan. Fil-fatt, għall-quddiesa tas-6.15pm diġà hemm 56 tarbija rreġistrati biex jiġu ppreżentati.
Dawk li għadhom ma rreġistrawx, għandhom ċans jagħmlu dan sa nhar il-Ħadd 30 ta’ April, biċ-ċelebrazzjoni tal-preżentazzjoni ta’ dawn it-trabi se tkun qed issir waqt quddiesa oħra li se ssir fl-4:00pm.