Il-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt se jsiru b'mod normali; Mill-11 ta' April jirritornaw attivitajiet bilwieqfa
Fil-każ ta' attivitajiet fuq ġewwa, l-udjenza tista' tibqa' bilwieqfa jekk dawk li jattendu jkollhom ċertifikat validu tal-vaċċin
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mill-11 ta' April se jkunu qed jirritornaw l-attivitajiet bl-udjenza bilwieqfa.
Dan ifisser li l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u anke dawk tal-Irxoxt se jkunu jistgħu jsiru b'mod normali bħalma kienu jiġu organizzati qabel il-pandemija.
Minkejja dan, fil-każ ta' attivitajiet fuq ġewwa, l-udjenza tista' tibqa' bilwieqfa jekk dawk li jattendu jkollhom ċertifikat validu tal-vaċċin.
Aqra wkoll:
More in Festi