Nhar il-Ħadd imiss lill-Agostinjani Beltin biex jiċċelebraw il-festa

Il-purċissjoni bil-vara ta' Santu Wistin issir filgħodu

Nhar il-Ħadd li ġej, 22 ta' Settembru, imiss lill-Agostinjani Beltin biex jiċċelebraw il-festa titulari tagħhom.

F'dawn l-aħħar snin, il-festa ta' Santu Wistin bdiet tiġi ċċelebrata tard f'Settembru.

Apparti minn hekk, fl-aħħar snin, hekk kif il-parroċċa żanżnet vara ġdida tal-injam, il-purċissjoni bdiet tinħareġ filgħodu u mhux filgħaxija

Intant, nhar il-Ħadd ukoll, tiġi ċċelebrata l-festa tal-Vitorja fil-kappella ddedikata lit-Twelid tal-Madonna f'Birkirkara.

 

 

More in Festi