Ħadd mifqugħ bil-festi

Nhar il-Ħadd li ġej se jiġu ċċelebrati tmien festi

Għal min ħaseb li l-istaġun tal-festi se jibda jbatti, għandu żball. Żgur mhux qabel nhar il-Ħadd.

Fil-fatt, nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu, se jiġu ċċelebrati xejn inqas minn tmien festi.

Il-lokalitajiet li se jkunu qed jiċċelebraw il-festa huma:

  • Iż-Żebbuġ: Santa Marija
  • Il-Birgu: San Duminku
  • Ħal Għargħur: San Bartilmew
  • Il-Marsa: Marija Reġina
  • San Ġiljan: San Ġiljan
  • Ħal Safi: San Pawl
  • Manikata: San Ġużepp
  • Ħal Kirkop: San Leonardu

It-tim tal-gazzetta ILLUM jawgura l-festa t-tajba lir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet.

More in Festi