Nhar il-Ħadd fuq l-ILLUM ... il-festa ta' Sant'Elena

Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-serje ta' artikli ta' kull nhar ta' Ħadd dwar il-festi ... 

Ritratt tal-Għaqda Mużikali Sant'Elena
Ritratt tal-Għaqda Mużikali Sant'Elena

Nhar il-Ħadd li ġej il-gazzetta ILLUM se tkompli bis-sensiela ta' artikli dwar il-festi tal-bliet u rħula Maltin. Nhar il-Ħadd iż-żewġ paġni se jkunu ddedikati lill-festa ta' Sant'Elena, li tkun iċċelebrata f'Birkirkara. 

Kif tafu Santa Liena toħroġ filgħodu kuntrarjament għall-festi l-oħrajn kollha, għajr Santu Wistin il-Belt li fl-aħħar sentejn saret filgħodu wkoll. 

Din is-serje ta' artikli jkun għad fadlilha ħames festi wara Santa Liena: 

Il-Ħadd 24 ta' Awwissu - San Duminku, l-Birgu

L-1 ta' Settembru  - il-Madonna ta' Loreto, Għajnsielem

8 ta' Settembru  - Il-Bambina, l-Isla

15 ta' Settembru - Il-Madonna tal-Grazzja, Ħaż Żabbar

22 ta' Settembru  - Santu Wistin, il-Belt Valletta

 

More in Festi