Din il-ġimgħa ma għandekx għalfejn tistenna sal-Ħadd jekk trid iżżur festa

Ħal Lija, il-Birgu, il-Ħamrun u San Lawrenz jiċċelebraw il-festa matul din il-ġimgħa

Matul din il-ġimgħa, aktar lokalitajiet se jkunu qed jiċċelebraw il-festa tagħhom, iżda żewġ festi mhux se joqogħdu jistennew sa nhar il-Ħadd li ġej.

Fil-fatt, matul din il-ġimgħa, se jiġu ċċelebrati żewġ festi fil-ġurnata propja tagħhom.

Għada, it-Tlieta 6 ta’ Awwissu, Ħal Lija se jkun qed jiċċelebra l-festa tas-Salvatur, festa magħrufa għan-nar u għall-vara mill-isbaħ li tirrappreżenta t-Trasfigurazzjoni tal-Mulej fuq it-Tabor.

Nhar is-Sibt li ġej, 10 ta’ Awwissu, ikun imiss lill-Ġirbin biex jiċċelebraw il-festa tal-Levita u l-Martri San Lawrenz, festa magħrufa ħafna għall-armar tad-drapp.

L-Għada, il-Ħadd 11 ta’ Awwissu, Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun tagħmel ġurnata sħiħa ppakkjata, hekk kif il-Ħamruniżi jiċċelebraw il-festa ta’ San Gejtanu.

Fil-gżira Għawdxija, nhar il-Ħadd li ġej, ikun imiss lil San Lawrenz biex jiċċelebra l-qaddis li dan ir-raħal iġib ismu.

It-tim kollu tal-ILLUM jawgura l-festa t-tajba lir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet.

More in Festi