Ħames lokalitajiet qed jiċċelebraw il-festa matul din il-ġimgħa

It-tieni Ħadd ta' Lulju joffru wkoll għadd ta' festi mifruxa madwar Malta u Għawdex

Nhar il-Ħadd li ġej, se jerġgħu jkunu ċċelebrati għadd sabiħ ta’ festi madwar Malta u Għawdex.

Dawn huma l-festi li se jiġu ċċelbrati nhar il-Ħadd li ġej:

  • San Ġużepp f’Ħal Kirkop
  • Il-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira
  • Il-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura
  • Marija Annunzjata f’Ħal Balzan
  • Il-Madonna tas-Sokkors f’Kerċem.

Apparti minn hekk, matul din il-ġimgħa jibdew jilħqu l-qofol tagħhom il-festi tal-Madonna tal-Karmnu li tiġi ċċelebrata fil-Belt Valletta, fil-ġurnata tagħha, jiġifieri nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju.

More in Festi