Kummiedja tal-Milied għall-familja kollha

Il-kummiedja tal-Milied għall-familja kollha Carols at Christmas tintwera mit-13 sal-20 ta’ Diċembru fit-Teatru Manoel Studio Theatre. 

Teatru Manoel TOI TOI, il-Programm Nazzjonali tat-Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru, qed jiċċelebra l-ħmistax-il staġun ta’ attivitajiet b’enfasi fuq l-istejjer permezz tal-pupazzerija (puppeteering), mużika u moviment. 

Nominat għall-Premju tal-Aħjar Programm Artistiku għal sitt staġuni, it-tim qed jipprepara għal spettaklu ieħor li indimentikabbli. Magħruf kemm għall-kwalità tal-produzzjonijiet u l-aċċessibbiltà tagħhom, kif ukoll għall-prezzijiet tal-biljetti adattati għall-familji, ix-xogħlijiet ta’ TOI TOI joffru lill-ġenituri l-opportunità li jgawdu teatru parteċipattiv u mużika flimkien ma’ wliedhom f’ambjent rilassat. 

Din is-sena, TOI TOI se jerġgħu jintroduċu lill-udjenza tliet kandidati sassy u determinati għall-audition. L-istilel tal-wirja għandhom kull waħda talent uniku, li jixhduh isimhom: Carol Żfin, Carol Drammatiku u Carol Kanzunetta, kollha fuq missjoni biex ikunu ċ-ċentru tal-attenzjoni kull meta jkun possibbli. Din il-kummiedja tal-Milied hija miktuba u diretta mid-Direttriċi Petra Sant, u fiha jidhru interpreti esperjenzati fuq il-palk: Kyra Lautier, Kelly Peplow u Emma Chetcuti. 

Il-Manager ta’ TOI TOI, Kate Fenech Field, il-produttriċi responsabbli għall-produzzjoni edukattiva tat-teatru, tispjega: “Bħalma jaf kull għalliem u ġenitur, apparti li tidħaq u tkanta, hemm ħafna benefiċċji pożittivi li wieħed jesperjenza produzzjoni tat-teatru live. Fl-aħħar ħames snin, l-istrateġija tagħna li nikkummissjonaw u nipproduċu xogħlijiet li mbagħad nirrepetu kull sentejn kienet deċiżjoni li bidlet il-logħba.” 

“Aħna għamilnieha missjoni tagħna li nibnu repertorju edukattiv b’mod sottili, u l-aktar permezz tal-kummiedja favorita tagħna Carols at Christmas. Tagħlim dwar ir-rifjut, id-determinazzjoni, it-tradizzjonijiet u x-xogħol f’tim, flimkien mal-kanzunetti festivi, kienu taħlita rebbieħa,” qalet Fenech Field. 

Carols at Christmas tintwera mit-13 sal-20 ta’ Diċembru fit-Teatru Manoel Studio Theatre. Booking minn teatrumanoel.mt jew mill-uffiċċju tal-biljetti ta’ Teatru Manoel. 

 

More in Divertiment