.png)
Symphony of Stars – A Night at the Cinema fl-Imqabba
L-ispettaklu se jikkonsisti minn logħob tan-nar tradizzjonali fosthom murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u diversi affarijiet oħra flimkien ma’ wirjiet piromużikali sinkronizzati
.png)
Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2025, l-Għaqda tan-Nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se tippreżenta “Symphony of Stars”, spettaklu ta’ nar sinkronizzat ma’ diversi siltiet mużikali, nhar is-Sibt 14 ta’ Ġunju 2025, lejliet il-Festa fid-9:30 p.m. fil-Bypass tal-Imqabba.
L-ispettaklu bit-tema “A Night at the Cinema”, se jkun jikkonsisti minn logħob tan-nar tradizzjonali fosthom murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u diversi affarijiet oħra flimkien ma’ wirjiet piromużikali sinkronizzati tul is-serata kollha li jinkludu elementi oriġinali u innovattivi. Wara ssegwi esebizzjoni ta’ nar tal-art oriġinali u mekkanizzat.
L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju kienet ir-rebbieħa ġenerali tat-tieni edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art fuq il-Fosos tal-Floriana, kif ukoll naqqxet isimha fil-Guinness Book of World Records bil-ħruq tal-akbar raddiena fid-dinja.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com