The Blue Gathering – Music Bingo Edition

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2025 fit-8:00 p.m., il-Pjazza tal-Imqabba se tilqa’ lil kull min jixtieq jattendi għall-famuż Blue Costume Party, li din is-sena se tieħu l-forma ta’ Music Bingo

Fl-okkażjoni tant mistennija tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se tiftaħ uffiċjalment iċ-ċelebrazzjonijiet esterni tal-Festi 2025 b’attività mill-aktar brijuża u innovattiva. 

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 2025 fit-8:00 p.m., il-Pjazza tal-Imqabba se tilqa’ lil kull min jixtieq jattendi għall-famuż Blue Costume Party, li din is-sena se tieħu l-forma ta’ Music Bingo, u li se jinkludi ħafna divertiment mużikali u daqq ta’ marċi brijużi. 

Il-Blue Costume Party qed jitwettaq bl-għan li jagħti bidu mimli enerġija fl-aqwa atmosfera festiva liċ-ċelebrazzjonijiet esterni ta’ din is-sena. Wara l-attività fil-pjazza, il-briju se jkompli fil-bar tal-Każin, fejn is-serata hija mistennija tkompli b’ħafna festeġġjar. 

Is-Soċjetà qed tħeġġeġ lil kull min jixtieq jattendi biex jirriżerva postu billi jċempel fuq 7946 0156. Aktar dettalji u aġġornamenti jistgħu jinkisbu mill-paġni tal-media soċjali tas-Soċjetà jew permezz tas-sit uffiċjali www.talgilju.com.

More in Divertiment