‘4.48 Psychosis’ ta’ Sarah Kane tirritorna Malta f’Mejju

'4.48 Psychosis hija konfessjoni finali ta’ mħabba għall-ħajja minn xi ħadd li diġà ħa d-deċiżjoni li jitlaq. Li juri battalja bejn id-dipressjoni klinika u r-ruħ, moħħ frammentat jissielet biex isib iċ-ċarezza'

16-il sena wara l-ewwel darba f’Malta fl-2009, id-dramm finali ta’ Sarah Kane jirritorna Malta f’din il-produzzjoni indipendenti fil-Valletta Campus bejn it-30 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju. 

“li tiġi maħfura. li tkun maħbub. li tkun ħielsa.” Kultant, kulma tista’ tagħmel hu li taċċetta dak li ġej. Imma int verament taċċettaha? 

Miktuba minn Sarah Kane, ‘4.48 Psychosis’ hija konfessjoni finali ta’ mħabba għall-ħajja minn xi ħadd li diġà ħa d-deċiżjoni li jitlaq. Li juri battalja bejn id-dipressjoni klinika u r-ruħ, moħħ frammentat jissielet biex isib iċ-ċarezza. 

Din il-produzzjoni indipendenti bl-Ingliż, b’direzzjoni ta’ Brendon Thearle u interpretata minn Lilla Kedves, timmarka l-25 anniversarju mid-debutt oriġinali ta’ ‘4.48 Psychosis’ — u ġġib id-dramm lura f’Malta għall-ewwel darba mill-2009 li kien imtella’ għall-ewwel darba mir-Royal Court Jerwood Theatre Upstairs, Londra, fit-23 ta’ Ġunju 2000. 

Il-biljetti jistgħu jinxtraw permezz ta’ ticketmonti.com/448psychosis 

Din il-produzzjoni hija kklassifikata bħala 18+ peress li tittratta suġġetti delikati bħas-suwiċidju u d-dipressjoni, u fiha lingwaġġ qawwi, kif ukoll aċċenn ta’ vjolenza fiżika u sesswali. 

Din il-produzzjoni hija ppreżentata b’arranġament ma’ Casarotto Ramsay & Associates f’isem Simon Christopher Kane. 

Il-produzzjoni se tittella’ f’dawn id-dati: 

  • Fit-30 ta’ Mejju, fis-7:30 p. m. 
  • Fil-31 ta’ Mejju, fis-7:30 p. m. 
  • Fl-1 ta’ Ġunju, fis-7:00 p. m. 

More in Divertiment