Juno Jazz — Ċelebrazzjoni qabel is-sajf tat-tradizzjoni Amerikana tal-jazz fit-Teatru Salesjan

Il-kwartett jikkonsisti minn Ella Pullicino fil-vuċi, Karl Galea fuq il-kitarra, Oliver Degabriele fuq il-kuntrabaxx, u Ġużè Camilleri fuq id-drums

Nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Ġunju 2025, it-Teatru Salesjan se jospita kwartett jazz magħmul minn mużiċisti Maltin. 

Il-kwartett jikkonsisti minn Ella Pullicino fuq il-vuċi, Karl Galea fuq il-kitarra, Oliver Degabriele fuq il-kuntrabaxx, u Ġużè Camilleri fuq id-drums. 

Il-bibien jinfetħu fis-7:00 p.m. fejn tista’ tirrilassa bi platter frisk u tazza nbid tajba. Il-mużika tibda fit-8:00 p.m. b’għażla ta’ postijiet bejn imwejjed kabarè fl-awditorju jew bilqiegħda fil-gallarija — kollox skont min jasal l-ewwel. 

Juno Jazz joffrilek serata unika b’mużika mill-aqwa — klassiċi Amerikani, kanzunetti tal-bossa nova u daqqiet funky li żgur se jogħġbuk. Ibbukkja postok fuq https://www.showshappening.com/teatrusalesjan/juno-jazz jew billi ssegwi lit-Teatru Salesjan fuq il-midja soċjali. 

Biljetti u prezzijiet 

  • Pjan terran – Mejda kabarè (2 persuni): Il-biljett jinkludi d-dħul għal żewġ persuni u mejda riservata. L-allokazzjoni tal-imwejjed isir skont min jasal l-ewwel — €55.00 + €5.50 tariffa tal-booking. 
  • Pjan terran – Mejda kabarè (4 persuni): Il-biljett jinkludi d-dħul għal erba’ persuni u mejda riservata — €110.00 + €11.00 tariffa tal-booking. 
  • Pjan terran – Mejda kabarè (6 persuni): Il-biljett jinkludi d-dħul għal sitt persuni u mejda riżervata — €165.00 + €16.50 tariffa tal-booking. 
  • Postijiet fil-gallarija: Postijiet imqassmin skont min jasal l-ewwel — €15.00 + €1.50 tariffa tal-booking. 

More in Divertiment