Skopri l-ġawhar moħbijin f’San Lawrenz fil-Birgu: Open Weekend

Matul l-Open Weekend, il-viżitaturi jkunu jistgħu jżuru sezzjonijiet tal-Kumpless Parrokkjali li normalment ma jkunux aċċessibbli, fosthom il-Knisja, id-Dar tal-Kappillan, il-Mużew, l-Oratorju, il-Kripta u s-Sagristija tal-Qniepen

Il-Ġimgħa 16, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Mejju 2025, bejn id-10:00 ta’ filgħodu u l-5:30 ta’ waranofsinhar 

Ħu l-opportunità li tiskopri l-istorja u l-kultura rikka tal-Birgu waqt is-St. Lawrence Hidden Gems Open Weekend li se jsir bejn il-Ġimgħa 16 u l-Ħadd 18 ta’ Mejju 2025. Għal donazzjoni ta’ €5 biss għal kull persuna (tfal taħt it-12-il sena jidħlu b’xejn), tkun tista’ tikseb aċċess esklussiv għat-teżori moħbijin fil-Kumpless Parrokkjali ta’ San Lawrenz. 

Il-belt storika tal-Birgu kienet dejjem punt ta’ laqgħa ta’ kulturi differenti – mill-baħħara Ġenoviżi, Venezjani u Griegi sal-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1530. Dawn il-kulturi differenti ħallew impatt li għadu jinħass sal-lum, li sawru t-tradizzjonijiet, id-drawwiet u l-karattru tal-belt. Il-miġja tal-Kavallieri fetħet l-aktar kapitlu glorjuż fil-Birgu, fejn il-belt saret iċ-ċentru ta’ waħda mill-ikbar istituzzjonijiet Kristjani ta’ żmienha. Illum, il-Birgu għadu jgħix bl-ispirtu tiegħu, mimli tradizzjoni u folklor, minkejja l-isfidi ta’ Malta wara l-gwerra u popolazzjoni li qed tixjieħ. 

Il-qawmien mill-ġdid tal-Birgu f’dawn l-aħħar snin ġab miegħu ġenerazzjoni ġdida li għandha passjoni kbira biex tippreserva dawn it-tradizzjonijiet, b’mod speċjali dawk marbuta mal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz. Din is-sena, l-Open Weekend għandu tifsira speċjali hekk kif qed jiġi ċċelebrat l-460 anniversarju tal-Assedju l-Kbir tal-1565 – mument kruċjali fl-istorja ta’ Malta. 

Il-Birgu huwa kburi bir-rabta qawwija tiegħu mal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz għandha importanza storika bħala l-Ewwel Knisja Konventwali tal-Kavallieri, u proprju hemmhekk, fil-qalba tal-Birgu, il-Kavallieri u l-komunità tagħhom saru l-kburija tal-Ewropa matul dak l-assedju epiku. Din il-wirt għadu jiġi ċċelebrat sal-lum, b’residenti u viżitaturi jingħaqdu flimkien biex jonoraw l-istorja rikka tal-belt. 

Matul l-Open Weekend, il-viżitaturi jkunu jistgħu jżuru sezzjonijiet tal-Kumpless Parrokkjali li normalment ma jkunux aċċessibbli, fosthom il-Knisja, id-Dar tal-Kappillan, il-Mużew, l-Oratorju, il-Kripta u s-Sagristija tal-Qniepen. Dawn il-ġawhar moħbijin joffru titwila unika lejn il-passat glorjuż tal-Birgu u l-wirt kontinwu tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. 

Dettalji tal-Avveniment: 

  • Meta: Il-Ġimgħa 16, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Mejju 2025, bejn l-10:00 u l-5:30 
  • Donazzjoni: €5 kull persuna (tfal taħt it-12-il sena jidħlu b’xejn) 
  • Fejn: Il-Kumpless Parrokkjali ta’ San Lawrenz, il-Birgu 
  • Kif tasal: Faċli li tasal bil-karozza tal-linja: tal-linja numru 2 saċ-Ċentru tal-Birgu (tieqaf eżatt quddiem il-Knisja ta’ San Lawrenz), bil-lanċa mill-Belt Valletta, jew tal-linja numru 3 jew 4 (waqfa Cafe Riche). 

More in Divertiment