Shake, Rattle, & Roll: Il-festival ‘Island Swing Dance Weekend’ se jsir f’Mejju

Ippreparaw ruħkom għal weekend ta’ ritmu, żfin, u stil ispirat mill-ħamsinijiet, li jikkulmina bil-lejla “Shake, Rattle & Roll” ġewwa t-Teatru Salesjan nhar is-16 ta’ Mejju

Wara s-suċċess tal-lejla tal-Karnival mimlija enerġija ġewwa t-Teatru Salesjan, id-dilettanti taż-żfin retro għandhom għalfejn jifirħu: il-festival “Island Swing Dance Weekend” se jerġa’ jsir bejn id-9 u l-11 ta’ Mejju 2025!  

Ippreparaw ruħkom għal weekend ta’ ritmu, żfin, u stil ispirat mill-ħamsinijiet, li jikkulmina bil-lejla “Shake, Rattle & Roll” ġewwa t-Teatru Salesjan nhar is-16 ta’ Mejju. 

Il-festival huwa organizzat minn Swing Island Malta, fi sħubija mat-Teatru Salesjan, u huwa mmirat, kemm għal dawk esperti fid-dinja tal-Lindy Hop, kif ukoll għal dawk li qatt ma ppruvaw dan l-istil vibranti taż-żfin. Għall-bidu, il-“Basie Group” joffri sitt sigħat ta’ taħriġ ma’ għalliema esperjenzati biex jitgħallmu l-passi fundamentali b’mod sempliċi u divertenti. U le, m’hemmx bżonn esperjenza preċedenti! 

Dan mhux biss taħriġ – imma esperjenza sħiħa. Matul tliet serati ta’ divertiment soċjali, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jittantaw il-passi l-ġodda tagħhom fuq il-pista taż-żfin, b’għajnuna ta’ żewġ baned live: Hot Club of Valletta (10 ta’ Mejju) u Swing Nuages (11 ta’ Mejju). 

Postijiet uniċi għall-festivals: 

  • Il-Ġimgħa, 9 ta’ Mejju: Ivy House, Pembroke – venue retro mill-aqwa għall-party tal-ftuħ. 
  • Is-Sibt u l-Ħadd, 10-11 ta’ Mejju: Radisson Blu Resort & Spa, Golden Sands – perfett biex tiżfen mal-ħsejjes tal-baħar fil-bogħod. 

Għalliema internazzjonali: 

  • Miro & Kalina minn Sofia, il-Bulgarija, b’esperjenza estensiva fil-Lindy Hop u l-Jazz. 
  • Sam & Tashi minn Bristol, ir-Renju Unit, magħrufin għall-approċċ kreattiv u l-passjoni tagħhom għall-komunità taż-żfin. 

Tipi ta’ biljetti: 

  • Basie Beginner Full Pass (€90): Għal min qiegħed jibda. 
  • Leon / Miller Full Pass (€110-€130): Għal livelli intermedji u avvanzati. 
  • Ella Party Pass (€65): Aċċess għat-tliet serati ta’ żfin u klassijiet qosra. 

Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn issa fuq swingislandmalta.com. Għal aktar dettalji jew mistoqsijiet, tista’ tikkuntattja lil swingislandmalta@gmail.com

L-organizzaturi qed iħarsu ’l quddiem biex jarawkom tiżfnu b’kunfidenza u stil fit-Teatru Salesjan nhar is-16 ta’ Mejju waqt il-lejla retro “Shake, Rattle & Roll”. Tħallux din il-mewġa ta’ enerġija u nostalġija tgħaddilek! 

More in Divertiment