
Lullaby for Birkenau - A Mass for Peace
Lullaby for Birkenau – A Mass for Peace hija dedikata lill-vittmi innoċenti tal-gwerra, partikularmernt il-vittmi tal-ġenoċidju u ta’ dawk il-gruppi etniċi li ħarbu minn pajjizhom u marru jfittxu kenn f’pajjiżi oħrajn

Biex tiċċelebra l-għaxar anniversarju tagħha, nhar it-23 ta Mejju, is-St Paul’s Metropolitan Orchestra se tesegwixxi il-kompożizzjoni ta’ Maestro Mark Agius Lullaby for Birkenau – A Mass for Peace. Din ir-rappreżentazzjoni; li se titmexxa mill-kompożitur stess, se ssir fil-Katidral tal-Imdina u se tkun taħt il-patroċinju tal-Prinċep Sandor Habsburg Lothringen li huwa l-patrun ewlieni tal-orkestra.
Din il-kompożizzjoni, oriġinarjament kellha tittella fil-Katidral ta’ San Ġwann f’Varsavja fil-Polonja, imma dan il-ħsieb kellu jitwarrab minħabba li kienet faqqgħet l-epidemija tal-Covid-19.
Il-kompożitur Mark Agius ispira ruħu għal din il-kompożizzjoni minn żjara li kien għamel fil-kampijiet ta’ konċentrament ta’ Auschwitz u Birkenau f’Novembru tal-2016. Hija dedikata lill-vittmi innoċenti tal-gwerra, partikularmernt il-vittmi tal-ġenoċidju u ta’ dawk il-gruppi etniċi li ħarbu minn pajjizhom u marru jfittxu kenn f’pajjiżi oħrajn.
Bħall-kompozizzjoni War Requiem ta’ Benjamin Britten u War Requien ta’ Karl Jenkins, Lullaby for Birkenau – A Mass for Peace li hija essenzjalment kompożizzjoni mużikali kontra l-gwerra, hija bbażata fuq il-kliem tal-quddiesa , li Agius jikkombina ma ma sorsi reliġjużi oħrajn, partikularment is-salmi u siltiet mit-Testment il-Ġdid. Hija karba kontra l-atroċitajiet tal-gwerra , liema karba hija espressa permezz tal-orkestrazzjoni drammatika u dinamika li titħallat ma’ mumenti ta’ riflessjoni u appelli għall-paċi biex id-dinja ma terġax tgħaddi minn dak li għaddiet.
Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-Ġenoċidji tkopri aktar minn 50 każ ta’ ġenoċidji li seħħew mill-1832 ‘l hawn bl-agħar wieħed ikun tal-Ġeneral Ost fil-pajjiżi Ewropej okkupati mill-Ġermanja fl-1945 bl-għadd ta nies maqtula ikun miljuni. Dawn jinkludu 1.3 miljuni Lhud li huma fost is-sitt miljun Lhudi maqtula fl-Olokawst kif ukoll il-qtil ta’ aktar minn tliet miljun priġunieri tal-gwerra Sovjetiċi u tliet miljun Pollakki fil-ġenoċidju Nażista tal-Pollakki.
Ix-xogħol jikkonsisti f’għaxar movimenti u oriġinarjament inkiteb għal kor b’erba’ vuċijiet u solisti (sopran u tenur), vjolin solo u orkestra sinfonika. F’din ir-rappreżentazzjoni flimkien mas-St Paul Metropolitan Orchestra, se jieħdu sehem is-Sopran Karen Darmenia u t-Tenur Charles
Vincenti waqt li għal din l-okkazjoni il-parti tas-solo tal-vjolin se tkun interpretata minn Noel Beck fuq il-klarinett. Se jiehu seħem ukoll il-kantant mistieden Fr Karm Debattista flimkien mas-St Monica Vocal Ensemble, il-kor Anacrusis li huwa il-kor li prinċipalment jaħdem mas-St Paul Metropolitan Orchestra u r-Rotondo Choir minn Poznan fil-Polonja. Id-direzzjoni se tkun tal-kompożitur Stess Maestro Mark Agius.
Min se jattendi għandu jkun f’postu fis-07.00 pm. Biljetti jistgħu jinxtraw online minn www.showshappening.com jew mill-Booking Office tal-Katidral (2145 4697). Id-dhul kollu minn din l-okkażjoni se jmur ghall-Malta ALS Foundation.