MaltaPost toħroġ il-Year Pack: Il-kollezzjoni sħiħa ta’ bolol maħruġa matul l-2024

Dan il-Year Pack se jkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’Malta u Għawdex minn nhar il-Ġimgħa 11 ta’ April 2025

MaltaPost toħroġ il-Year Pack 2024 li jkopri l-ħarġiet kollha ta’ bolol li nħarġu fl-2024. Dan il-Year Pack jiġbor fih il-ħarġiet ta’ bolol f’format mint (mhux ittimbrati), b’dawn it-temi: 

The Chinese Garden, Santa Luċija, Malta / Year of the Dragon 2024 – The Malta Railway 2024 (1883-1931) – KM Malta Airlines – EUROPA 2024 Underwater Fauna & Flora – EUROMED 2024 Sports in the Mediterranean – Olympic Games 2024 – SEPAC 2024 Main Tourist Attractions – Maltese Festa Series VIII – Universal Postal Union 150th Anniversary – The Nativity, In-Natività 2024 – Christmas 2024 – Anniversaries 2024. 

Il-Year Pack huwa ppreżentat ġo folder li jinkludi d-dettalji tekniċi tal-ħarġiet filateliċi kollha tas-sena u huwa ideali għall-kolletturi u għal dawk li jħobbu l-kultura u l-melitensia. 

Dan il-Year Pack se jkun għall-bejgħ mill-Fergħat Postali f’Malta u Għawdex minn nhar il-Ġimgħa 11 ta’ April 2025. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq https://www.maltaphilately.com/ jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 – telefown 2596 1740 – email [email protected] 

More in Divertiment