
20 sena solidarjetà: Il-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira tilħaq l-20 edizzjoni tagħha
Il-mixja se tibda bħas-soltu mill-Pjazza tal-Mellieħa l-Ħamis f’nofsillejl (sbieħ il-Ġimgħa), u se tispiċċa l-Fosos tal-Furjana l-Ġimgħa filgħodu

L-għoxrin edizzjoni tal-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira tinsab magħna. Bħas-snin ta’ qabel, il-mixja se tittella’ b’risq Puttinu Cares.
Il-mixja se sseħħ fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira, 18 ta’ April 2025, ċoè, bejn il-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira.
Il-mixja se tibda bħas-soltu mill-Pjazza tal-Mellieħa l-Ħamis f’nofsillejl (sbieħ il-Ġimgħa), u se tispiċċa l-Fosos tal-Furjana l-Ġimgħa filgħodu.
Id-distanza hija ta’ madwar 17-20 kilometru, u tieħu madwar 4-5 sigħat.
Trasport se jkun ipprovdut mill-Fosos tal-Furjana dritt għall-Mellieħa qabel il-Mixja, il-Ħamis mit-8.30 pm, u wara l-mixja, il-Ġimgħa filgħodu, għall-Mellieħa. It-trasport huwa mingħajr ħlas. Puttinu Cares m’għandux x’jaqsam ma’ entitajiet oħra li qed jipprovdu trasport bil-ħlas minn lokalitajiet oħra.
Ingħaqad magħna fil-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira billi tibbukkja online u ssegwi l-ħolqa https://puttinucares.org/media/mixja-gimgha-l-kbira/, fejn tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek u anke tibbukkja t-trasport. Id-donazzjoni hija ta’ €10, iżda tista’ żżid l-ammont ta’ donazzjoni tiegħek minn fuq is-sit inti u tibbukkja.