Mill-Belliegħa sal-Gawgaw, iltaqa’ mal-karattri tal-fantasija Maltin fil-Palazz tal-Inkwiżitur

Din il-produzzjoni teatrali tiġbor flimkien il-karattri tal-fantasija Maltin f’narrattiva informattiva u divertenti

Il-pubbliku mistieden jingħaqad mal-atturi għal produzzjoni teatrali, bil-Malti, ispirata mill-karattri tal-fantasija Maltin. 

Il-produzzjoni, tal-attur, direttur, veteran Joseph Galea, se sseħħ ġewwa s-swali tal-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu.  

Jilqagħna t-Tork tat-Taraġ li se jdawwarna mal-palazz sabiex jirrakkuntalna ġrajja tal-waħx. 

Fost il-karattri se niltaqgħu mal-Belliegħa li tgħix fil-bir li jinstab f’waħda mill-btieħi. 

Ġewwa ċ-ċelel tal-palazz insibu s-Saħħara, ikkundannata għall-mewt mill-inkwiżitur. 

Nisimgħu t-tnegħid ta’ Waħx il-Baqar u l-Gawgaw ikaxkar warajh xatba bl-imsiemer.  

Din il-produzzjoni teatrali tiġbor flimkien il-karattri tal-fantasija Maltin f’narrattiva informattiva u divertenti. 

Il-produzzjoni se ssir fis-16 ta’ Ġunju fil-Palazz tal-Inkwiżitur fit-8:30pm. Il-biljetti jistgħu jinqatgħu mis-sit uffiċjali ta’ Festivals Malta. 

More in Divertiment