Nar sinkronizzat u kunċert mużikali f’għeluq il-75 sena mit-twaqqif tas-Socjetà Mużikali Trinità Qaddisa tal-Marsa

Filwaqt li r-residenti tal-Marsa se jkunu qed jiċċelebraw il-Patruna tagħhom, il-Kummissjoni Trinitarji fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa A.D. 1949 għandhom lejl mimli attivitajiet lest għalihom f’għeluq il-75 sena mit-twaqqif tas-Socjetà

Is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa tal-Marsa A.D. 1949 se tkun qed tiċċelebra l-Marċ għall-Aħħar Jum tat-Tridu permezz ta’ kunċert mużikali u nar sinkronizzat nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju. 

Filwaqt li r-residenti tal-Marsa se jkunu qed jiċċelebraw il-Patruna tagħhom, il-Kummissjoni Trinitarji fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa A.D. 1949 għandhom lejl mimli attivitajiet lest għalihom f’għeluq il-75 sena mit-twaqqif tas-Socjetà. 

Il-lejl divertenti jibda fit-8.30pm, bil-marċ jilħaq il-qofol tiegħu fi Triq Balbi u jibqa’ nieżel sa quddiem is-Sedè tal-istess Soċjetà. 

Hemm mistennija titla’ l-istatwa ta’ Santa Ċeċilja fuq il-gallarija tas-Sede li hija l-patruna tal-mużiċisti. 

Wara li jispiċċa l-marċ bid-daqq tal-innu, tibda l-għaxar edizzjoni ta’ Dancing Colours in the Sky bit-tema tal-futbol li huwa xow ta’ nar sinkronizzat mal-mużika, u mbagħad se jittella’ l-kunċert bis-sehem tal-kantanta Ira Losco u Drop-Out DJ Brass. 

More in Divertiment