L-aqwa erba’ kompożizzjonijiet mill-gżejjer Brittaniċi mtellgħa fir-Rabat

L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tiċċelebra l-wirt mużikali Brittaniku bid-direzzjoni tal-konduttur Jun Kim

L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed ittella’ prestazzjoni fl-okkażjoni tal-maltabiennale.art 2024, fir-Rabat. 

“From the British Isles” se tkun qed issir ġewwa l-Awditorju ta’ St. Agata fil-25 ta’ Mejju.  

L-orkestra se tkun qed tiċċelebra l-wirt mużikali Brittaniku bid-direzzjoni tal-konduttur Jun Kim. 

Grazzi għall-kompożitur Hamish MacCunn, inmorru qalb in-natura Skoċċiża bin-noti ħelwin ta’ “Land of the mountain and the Flood.” Minn hemm inżuru l-ibħra mill-pinna ta’ Benjamin Britten bil-kompożizzjoni “Britten’s Four Sea. 

Il-vjonilist Norveġiż Alexander Kegan ikompli l-vjaġġ bl-interpretazzjoni tiegħu ta’ ‘Violin Concerto,’ il-kompożizzjoni mfawra ta’ William Walton.  

Fl-aħħar Kegan jiggwidana għall-kompożizzjoni Symphony No. 5, ta’ Vaughan Williams, miktuba f’qalb il-gwerra tal-1938, b’għatx għall-paċi, serenità u profondità. 

Il-biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinqatgħu minn showshappening.com. 

More in Divertiment