‘Oliver! The Musical’ lura fuq il-palk ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

Ipprepara biex tintilef fit-toroq ta’ Londra bil-produzzjoni tant mistennija ta’ Masquerade, 'Oliver! The Musical'

Ipprepara biex tintilef fit-toroq ta’ Londra bil-produzzjoni tant mistennija ta’ Masquerade, “Oliver! The Musical"

Sa mid-debutt tiegħu fl-1960, dan l-adattament tar-rakkont klassiku ta’ Charles Dickens seraq il-qlub tal-udjenzi madwar id-dinja, u kiseb 10 nominazzjonijiet għall-Premju Tony u sitt Premjijiet tal-Akkademja għall-adattament tal-films indimentikabbli tiegħu. 

Immexxija minn atturi bravissimi fosthom Dorothy Bezzina (Nancy), Thomas Camilleri (Fagin), Mikhail Basmadjian (Bill Sikes), Cliff Zammit Stevens (Mr. Bumble), Kateriana Fenech (Widow Corney), Paul Portelli (Mr. Sowerberry), u Katherine Brown (Mrs. Sowerberry).  

Ehh bilħaqq! U kif nistgħu ninsew lil Matthias Zarb u Jamie Sciberras fil-parti ta’ Oliver flimkien ma’ Gianluca Cilia (Dodger). 

Titlifx iċ-ċans li tesperjenza l-maġija ta’ “Oliver Twist” live fuq il-palk.  

Ikseb il-biljetti tiegħek issa għal lejla ta’ divertiment indimentikabbli, mis-sit www.showshappening.com għal prezz ta’ €25. 

Il-produzzjoni se ssir bejn il-Ġimgħa 5 ta’ April u l-Ħadd 14 ta’ April f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. 

Dan l-artiklu nkiteb bis-sostenn tal-kunsill Malti għall-Arti

More in Divertiment