Il-qamar kwinta waqt il-fażi taż-żodjaku ta’ Pisces

L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon 

Mill-Ħadd 25 ta’ Frar sas-Sibt 2 ta’ Marzu 

Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu:

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun il-mument oppurtun li issa twettaq dak li verament tħoss ġewwa fik mingħajr ebda tfixkil. Issa int tagħraf biss dak li tħoss ġewwa fik huwa l-ideal u ma tiddependix aktar fuq oħrajn. Namaste. 

Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju:

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Gemini se jkun mument ta’ riflessjoni profonda dwar il-biża’ li xi kultant tħoss meta tiġi għal ċerti deċiżjonijiet. Issa huwa l-waqt li tagħraf tegħleb dan sabiex għal dak li riesaq tkun aktar int. Namaste. 

Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru:

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Virgo se jkun mument li tinqala’ mill-pożizzjoni ta’ qisek f’salib it-toroq. Issa f’din il-fażi għaraf sew dik l-unika direzzjoni li hi ideali għalik u imxi magħħa sabiex tibda dik l-istabbiltà. Namaste. 

Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar:

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, se jkun mument li tinħall mill-ħsibijiet tal-passat. Ma tistax tibqa’ mwaħħal mal-passat għax jekk se tibqa’ hekk, dak li għandek illum jintilef kollu. Namaste. 

Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar:

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Aquarius se jkun mument li tħares ’il quddiem. Wara li rnexxielek twettaq deċiżjonijiet, issa kompli żomm fik din id-determinazzjoni u kompli miexi fit-twettiq li hemm bżonn. Żgur se tħossok persuna mibdula. Namaste. 

Seba’ vouchers ta’ 7€ għalik 

L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon. 

Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.                                                       

More in Divertiment