![L-Għanja tal-Poplu 2024: Il-festival jasal fit-48 edizzjoni tiegħu](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/13.1_-_ghanja_tal-poplu.jpg)
Segwi l-avventuri ta’ Bradshow u Bowles fit-Teatru Manoel
Il-produzzjoni, rebbieħa tal-Premju Tony, se ġġiegħlek tidħol f’dinja ta’ xewqat ipprojbiti, wirjiet brillanti u qalba politika
![](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/anna-70.png)
L-istorja tal-kittieb żagħżugħ Amerikan Clifford Bradshow issa fit-Teatru Manoel f’musical bl-isem ta’ ‘Cabaret.’
L-udjenza ssegwi l-vjaġġ ta’ Bradshow li jmur Berlin biex jaħdem fuq rumanz ġdid. Waqt li jkun Berlin, Clifford jiltaqa’ ma’ Sally Bowles.
Il-produzzjoni, rebbieħa tal-Premju Tony, se ġġiegħlek tidħol f’dinja ta’ xewqat ipprojbiti, wirjiet brillanti u qalba politika.
Dan il-musical huwa bbażat fuq ir-rakkonti semiawtobijografiċi ta’ Christopher Isherwood dwar il-miġjiet tiegħu kkuluriti fil-Ġermanja.
Il-musical se jittella’ fit-Teatru Manoel, bejn l-10 u d-19 ta’ Mejju 2024.
L-udjenza hija mistiedna tattendi għal dan il-musical ta’ sagħtejn u tliet kwarti. Jidħlu biss persuni minn tnax-il sena ’l fuq. Għal aktar informazzjoni żur is-sit https://booking.teatrumanoel.mt.