Geo Debono u Toby Farrugia b'kanzunetta ġdida... Din id-darba dwar il-libertà tal-imħabba

Geo Debono u Toby Farrugia joħorġu t-tieni kanzunetta flimkien bl-isem Freedom of Love

Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)
Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)

Freedom of Love, huwa t-titlu tal-kanzunetta l-ġdida ta’ Geo Debono, kollaborazzjoni ma’ Toby Farrugia li ġiet mnedija proprju nhar it-Tnejn 15 t’Awwissu. Din hija t-tieni darba li dawn iż-żewġ artisti ħadmu flimkien, hekk kif madwar sena ilu ppubblikaw il-kanzunetta Who We Are, li matul ix-xhur tas-sajf indaqqet kemm-il darba fuq l-istazzjonijiet tar-radju tant li anke telgħet fl-ewwel tal-Klassifika Maltija.

Fi status li ppubblika fuq il-midja soċjali, Geo qal “kien ilu jberren il-ħsieb f’moħħi li naħdem fuq kollaborazzjoni oħra ma’ Toby, u wara li kkunsidrajt it-temp sħun u anke vaganza fil-bidu tal-ġimgħa, għidt naħseb li huwa l-mumenti opportun". Il-ħoss sajfi fil-bidu tal-kanzunetta mal-ewwel jagħti stampa ċara ta’ dak li s-semmiegħ għandu jistenna u wara l-ewwel minuta, ikun diġà beda jkanta magħha.

Il-kantant/mużiċist Geo twieled fis-16 t’April 1989, u għal dawk li jafuh mill-qrib, żgur jiftakru li ħajtu dejjem kienet mdawwra bin-noti tal-mużika, minħabba li kemm ommu, kif ukoll missieru huma artisti. Tul is-snin, huwa preżenta diversi kanzunetta kemm bil-Malti, kif ukoll bl-Ingliż u ħa sehem f’numru ta’ spettakli kemm lokali, kif ukoll internazzjonali. Fost dawn wieħed jieħu nota ta’ Microfono d’Oro u Do Re Mi ġewwa l-Italja, il-Universong ġewwa Spanja u anke l-Festival tal-Kanzunetta Maltija mtella’ flimkien mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)
Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)
Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)
Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)
Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)
Ritratti ta' Matthew Cutajar (iCam)

Jekk tixtiequ tisimgħu Freedom of Love u taraw il-vidjo liriku tagħha li ġie maħluq matul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, agħfsu hawn: https://www.facebook.com/watch/?v=5239634249455071 jew https://youtu.be/O5wCf1iaF2Y. Mil-lum, il-Ġimgħa 19 t’Awwissu, il-kanzunetta hija disponibbli wkoll fuq kull pjattaforma possibli grazzi għall-kumpanija tad-distribuzzjoni CAP-Sounds. Idħlu hawn: https://bfan.link/freedom-of-love għal aktar dettalji. 

Freedom of Love hija prodott ta’ Tobymusic Productions, bi promozzjoni t’Ironic PR & Artist Management.

More in Divertiment