Għollu l-volum! ANT Mifsud u Luke Chappell bit-tieni single tagħhom

Dan wara s-suċċess li għamlet l-ewwel single tagħhom mhux biss f'Malta imma anke barra minn Malta

Wara s-suċċess kbir li għamlu meta nedew l-ewwel single tagħhom, ‘Hopes’ ANT Mifsud u Luke Chappell qed iniedu t-tieni single tagħhom.

Bħall-ewwel single, ‘Never Enough’ hija daqstant ieħor tal-widna u żgur li se tinżel tajjeb ma kull min jismagħha.

Kull ma trid l-ewwel ftit noti biex minnufih tgħolli l-volum tar-radju fil-karozza biex tkanta magħha. Żgur ukoll li se tkun popolari fl-istabbilimenti tad-divertiment.

ANT Mifsud saħaq li huwa dejjem ta’ pjaċir għalih li jaħdem ma’ Luke Chappell.

Propju għalhekk li ANT Mifsud reġa’ għażel li jaħdem ma’ Chappell wara li l-ewwel single li ħolqu flimkien għamlet suċess mhux biss f’Malta imma anke barra mill-pajjiż.

Agħfas hawn biex tisma din is-single

More in Divertiment