Dora and the Lost City of Gold; minn din il-ġimgħa fiċ-ċinema

Atturi Ewlenin: Isabela Moner; Michael Pena; Eva Longoria; Jeff Wahlberg; Nicolas Coombe;; Madeleine Madden

Dora and the Lost City of Gold.

Atturi Ewlenin: Isabela Moner; Michael Pena; Eva Longoria; Jeff Wahlberg; Nicolas Coombe;; Madeleine Madden.

Direttur: James Bobin.

Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 95 min. Ċert. P.G.

Is-serje animata Dora The Explorer, iddebuttat fuq in-Nickleodeon TV fis-sena 2000, mill-ewwel akkwistat suċċess kbir tant li damet tintwera għal 14-il sena sħaħ. Ġiet maqluba wkoll fi 30 lingwa u kkreat kotba, DVDs u anki logħbiet videos. Wara, bdiet serje oħra, Go, Diego, Go! Dora The Explorer rebħet ħafna unuri televiżivi, fosthom wieħed prestiġjuż fl-2003. Wasal iż-żmien biex erojina spirituża, makakka u maħbuba tagħmel id-dehra fuq il-liżar il-kbir, fil-forma reali tagħha f'Dora And The Lost City Of Gold. F'din l-avventura ġdida mimlija azzjoni u perikli, Dora (Moner), tfajla ta' 16-il sena, se tmexxi spedizzjoni fil-foresta Amazon biex issalva lill-ġenituri tagħha minn paladini li qed ifittxu teżor. Mhux biss, l-akbar sfida tagħha għadha ġejja meta fi skola sekondarja Amerikana jkollha tiffaċċja t-tinagers ta' dan il-pajjiż. F'dan l-ambjent, fejn hi marret toqgħod mal-kuġin tagħha Diego (Wahlberg), issib li l-kapaċitajiet prattikabbli tagħha li tuża fil-ġungla m'għandhomx effett. Waqt li mal-kumpanji l-oħra tal-klassi tkun iżżur il-Mużew ta-Istorja Naturali, flimkien mal-kuġin u tnejn oħra, jinħatfu minn ċorma ħallelin, meħuda fil-Perù biex tfittex il-belt mitlufa ta' Parapata, il-Belt Antika tad-Deheb. Trid ukoll teħles lill-ġenituri tagħha li kienu fuq missjoni arkeoloġika. Din il-produzzjoni tant addattata għall-familji tħallat azzjoni, avventuri u t-tendenza ta' studenta ġdida fi skola superjuri li tħossha żvantaġġjata, waqt li tizvolgi bi stil divertenti!

More in Divertiment