Filmat | Il-kantanta Bebe Rexha tilgħaq ix-xemx u tiżfen mal-innu tal-Labour

Il-kantanta ta' fama internazzjonali Bebe Rexha se tkun qed tkanta fuq il-palk tal-Isle of MTV għada t-Tlieta.

Fuq il-paġna ta' Instagram tagħha l-kantanta ta' fama internazzjonali Bebe Rexha dehret f'allegrija totali tgawdi x-xemx Maltija u tiżfen mal-innu tal-Labour kantat minn Mary Spiteri.

Bebe rexha hi waħda mill-artisti ta’ fama internazzjonali li se tkun qed tieħu sehem fil-kunċert tal-Isle of MTV għada t-Tlieta.

L-artista Ava Max u DJ Martin Garrix ukoll mistennija joħolqu spettaklu kbir fuq il-Fosos.

View this post on Instagram

Instagram me Versus Real me.

A post shared by Bebe Rexha (@beberexha) on

More in Divertiment