X'qed tbassar għalik l-istilla?

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal  Aquarius ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera fejn is-sitwazzjoni trid tkun waħda aktar ċara b’mod speċjali issa li għandek aktar responsabbilità. Għalhekk agħraf dan il-bidu li jagħmlek aktar iffokat sabiex tilqa’ għal dak kollu li riesaq lejk. Agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 28  

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Capricorn

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal  Pisces ser ikun ifisser aktar impenn fil-madwar kollu tiegħek imma b’mod speċjali lejn il-ħidma tiegħek fejn int ħa tkompli tavvanza aktar. Ovjament trid tagħraf tilqa’ l-pressjoni u wisq aktar ma tridx tafda wisq. Ma’ dan trid issib ħin għall-eżerċizzju biex iżżomm bilanċ komplut. Irrifletti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Virgo Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal  Aries ser ikun ifisser aktar pjanijiet għalik u titjib fil-finanzi. Trid tagħraf li dawn il-pjanijiet jinqasmu fuq xi forma ta’ skeda li int tkun kapaċi tmexxi u tikkontrolla inkella jaf ikollok xi falliment. Mill-att finanzjarju ser ikollok bosta titjib jekk tagħraf taħdem b’aktar għaqal. Agħraf sew. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24 ,26 u 28

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Aquarius

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal  Taurus ser ikun ifisser tibdil u titjib waqt li fit-tibdil fil-mod ta’ kif ħa tibda taħseb dwar ċertu sitwazzjonijiet sabiex tara jekk ittejjibx xi problemi li għandhom ikaxkru mill-passat sabiex ovvjament b’dan tara aktar titjib li tant huwa meħtieġ għalik. Għalhekk irrifletti iżjed. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 29       

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Scorpio

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal  Gemini ser ikun ifisser aktar impenn u tkabbir. Impenn f’dak li int ġej għalik fejn se tkun attiv immens f’dak li int se tibda twettaq mill-banda l-oħra t-tkabbir li int tħaddan ħa jieħu xejra totalment differenti ser jieħdok f’orizzonti ġodda li dawn għandhom ikunu ta’ tkabbir. Agħraf sew. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 27 u 29    

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Aries

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għall-istess Cancer ser ikun ifisser aktar pjanar u tibdil fejn l-ippjanar ser jaffettwak sabiex tifhem iżjed il-ħtieġa ta’ riflessjoni dettaljata ta’ kull pjan li ser ikun riesaq lejk waqt it-tibdil li jista’ jarak tiċċaqlaq minn dar għal dar li int tkun aktar komda u aktar viċin il-gosti tiegħek. Irrifletti sew. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 27 u 28  

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Sagittarius

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal  Leo ser ikun ifisser aktar stabbiltà u saħħa. Waqt li l-istabbilità titkattar aktar fir-relazzjoni, kemm fl-imħabba u kemm mill-att ta’ karriera fejn se tkompli għaddej b’ċertu ritmu però fis-saħħa trid tara kif se tibda ssib ħin ta’ aktar u aktar mistrieħ u twettiq ta’ xi eżerċizzju. Għalhekk agħraf dan.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 26, 27 u 29

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Virgo ser ikun ifisser aktar impenn ta’ responsabbilità u impenn madwarek. Għalhekk issa trid tagħraf tkun aktar responsabbli f’dak li tagħmel imma l-aktar fuq dak li ġej fejn ħa turi kemm int responsabbli mill-oħra trid ittejjeb il-madwar tiegħek mill-att li hemm bżonn toħroġ ftit mill-qoxra tiegħek. Irrifletti.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28  

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Libra ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera u aktar impenn ibbilanċjat. Waqt li int se tara ħafna titjieb fil-karriera tiegħek u sabiex twessa’ aktar dak li int għandek iżda dan issa der jagħmlek tagħraf aktar li żżomm bilanċ bejn il-ħidma u dak li huwa ħin għalik u għal ta’ madwarek. Għalhekk agħraf.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Cancer

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Scorpio ser ikun ifisser impenn ta’ preparazzjoni u għaqda. Fil-preparazzjoni se tirrifletti iżjed f’dak li għandek ġej lejk sabiex hekk int tkun tista’ ttejjeb aħjar lilek innifsek. Huwa mument tajjeb u opportun għalik għal aktar għaqda. Dejjem irrifletti sew qabel kull pass.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 27 u 29

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Leo Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn fl-imħabba u aktar impenn ta’ ħsieb. Waqt li fl-imħabba fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi mumenti iebsa u ta’ tensjoni int irnexxilek iżżomm ir-relazzjoni stabbli. Għalhekk issa għandek tkattar il-ħsibijiet tiegħek fil-futur b’aktar kunfidenza. Agħraf

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 27

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Libra

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

F’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal  Capricorn ser ikun ifisser aktar impenn madwarek u dan għandu jkun rifless kemm mill-att kif tibda tippreżenta ruħek lejn l-aspetti kollha iżda speċjalment ma’ dawk ta’ madwarek. Wisq aktar ħu ħsieb li tkattar aktar impenn lejn il-bżonnijiet li ser ikunu resqin lejk. Għalhekk agħraf dan sew.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 27, 28 u 29     

L-istilla li għandek tevita ġejja minn Gemini

 Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment