X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 28 t’April sas-Sibt 4 ta’ Mejju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’Aquarius ser ikun mument li fih tħoss ċertu ħeġġa pożittiva f’dak li int trid twettaq. Taf li għandek deċiżjoni iebsa quddiemek imma l-ħeġġa li daħlet fik  sejra tqawwik biex dak li tiddeċiedi li tagħmel twettqu. Irrifletti sew madwarek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 4

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Pisces ser ipoġġilek ħsieb forma ta’ pjan li int għandek ġewwa fik sabiex twettqu. Ikun ta’ telf għalik personali jekk dan il-pjan ma jitwettaqx. Dan iż-żmien jinħass l-aktar ideali li int tibda twettqu u hekk int tagħraf kemm kien ideali li tħossok kburi li wettaqt dan.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 1, 2 u 3

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Aries ser ikun il-waqt li int tagħraf li wasal iż-żmien li ttejjeb dak li diġà hu tajjeb u tkompli miexi ’l quddiem. Tibżax tieħu deċiżjoni li tirrigwarda dan għax dan it-tibdil ser iservi għal aktar avvanz f’ħajtek. Issa hu l-mument li int għandek tħares għal tkattir biss. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 1 u 4

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Capricorn

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ ser ikun mument li tagħraf aktar dak li hemm madwarek. Anke tagħraf tibda tkun ftit aktar soċjali ħalli anke t-tensjoni li bħalissa hemm madwarek tinħall u b’hekk int toħloq sens pożittiv biex dan il-mument jgħaddi u dak li verament ilek tant tixtieq finalment ikun jista’ jintlaħaq. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 1 u 3  

 L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Sagittarius

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Gemini, għalkemm il-pressjoni madwarek qiegħda tikber, m’għandhiex iżżommok milli tkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Dan huwa mument fundamentali għalik fejn issa trid turi l-akbar kapaċità tiegħek sabiex twettaq dak li tant ilek taħdem għalih. Trid tibqa’ kawt u aktar ikkonċentrat. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 3 u 4

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Taurus

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Cancer ser iġiegħlek toqgħod lura minn dak li int kont ser twettaq sabiex tittamal li l-affarijiet jistgħu jinbidli. Għalkemm taf li dawn huma remoti ħafna, trid tagħraf il-potenzjal ta’ persuna li tagħtik wens f’dak li int għaddej minnu. Għalkemm ma tistax toffrilek mija fil-mija dak li trid tisma’ se tkun ta’ wens. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 2 u 4

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Aquarius

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Leo ser tagħmlek bħal qisek trid tingħalaq għalik waħdek. Dan ser jaffettwa ftit l-ambjent tal-kumplament ta’ madwarek. Għalkemm meta jinqalgħu ċertu problemi huwa komuni li tersaq lura imma l-karattru tiegħek għandu jkun ta’ ispirazzjoni sabiex din is-sitwazzjoni tiġi megħluba. Emmen aktar fik innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 1, 2 u 3

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Virgo ser jagħmlek taħseb li sibt is-soluzzjoni ta’ dak li int għaddej minnu. Bħalissa imma, il-fatti juru mod ieħor. Tajjeb jekk int tħossok li huwa l-mument opportun li tieħu din id-deċiżjoni. Tibżax minn dan għax aktar ma tkun iffokat aktar timxi b’ritmu pożittiv. Agħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 2 u 4

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Scorpio

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Taurus għall-istilla ta’ Libra għandu jkun pass ta’ investiment. Però issa trid toqgħod attent ferm li mhux biex tibni knisja tispiċċa tħott oħra. Trid tagħraf iżżomm dak kollu li għandek fuq livell wieħed u tagħraf iżżomm bilanċ bejn iż-żewġ investimenti li issa se jkollok. Barra dan issa trid tibda ssib ħin ta’ rilassament minħabba l-pressjoni li ġejja fuqek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 3

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Scoprio ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar id-direzzjonijiet li għandek tieħu fil-ġimgħat li ġejjin wara dak kollu li għaddejt minnu. Dan issa għallmek kif tista’ timxi aħjar minn dak li imxejt fil-passat. Tgħaġġilx għax għalkemm hemm il-ħtieġa ta’ opportunità ġdida għandek tagħraf tkun kawt. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 2 u 4

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Pisces

 Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’  Taurus għall-istilla ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ ħsibijiet kontra ħsibijiet li bħalissa għaddejjin madwarek dwar kif se tħares ’il quddiem. Dan wara li għadek m’intix ċert x’ser jipprovdilek il-futur. It-triq mhix  tant faċli u dan qed jagħmillek is-sitwazzjoni aktar diffiċli imma dan il-mument se jingħeleb. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 2 u 3

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Virgo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Taurus għall-istilla ta’ Capricorn se jressaqlek responsabbilità ġdida fil-karriera u din ser tagħmlek aktar iffokata f’dak li int tagħmel u dan ovvjament sabiex int tapprova dak li ġej fdat fik għax int għandek kapaċità li twettaq. Agħti risposta diretta lil min ħaseb li m’għandekx kapaċità għal dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 3 u 4

L-istilla li fil-ħajja se ġġiblek ir-risq ġejja minn Leo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment