X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 24 ta’ Marzu sas-Sibt 30 ta’ Marzu

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Dan il-qamar kwinta għal  Aquarius hemm il-possibilità li tħoll dik ir-ras iebsa meta jkun hemm suġġeriment li ser iġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tibdel l-istilel ta’ madwarek. Ipprova Twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm ġej għalik u kemm għaliex int tista’ timxi u tħossok aħjar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Dan il-qamar kwinta għal Pisces ser jagħmlek persuna aktar matura u ddixxiplinata. Ser tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u hemm il-probabbilità ta’ ideat u pjanijiet ġodda. Biss trid tagħraf li tkun imħejji sew għal dan u barra minn hekk trid turi li dak li tidħol għalih tagħmlu għax temmen fil-kapaċità tiegħek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 29 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn  Capricorn

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Dan il-qamar kwinta għal Aries ser jagħmlek tirrifletti ħsibijiet dwar pjanijiet li ħallejt fuq l-ixkaffa u wasal iż-żmien li tibda twettaq xi wħud minnhom. Imma parir li ser tiegħu jaf ibiddillek il-fehma ta’ ċertu twettiq, iżda int għandek titgħallem minn esperjenzi tal-passat. Minbarra dan il-parir għandek tagħraf ukoll tibbilanċja.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Dan il-qamar kwinta għal Taurus ser joħloq ċertu pressjoni fiannzjarja madwarek. Imma jekk inti minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan sabiex tibda tikkontrolla l-infieq tiegħek, dan ikun ta’ gwadann għall-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, grazzi għal dan il-pjan int tkun tista’ tikkalkuli aħjar il-finanzi tiegħek.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Scorpio

 Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Dan il-qamar kwinta għal Gemini ser ikun mument kważi kwżi deċiż għall-kumplament ta’ din is-sena. Għalhekk huwa importanti li toħroġ bil-qawwa kollha tiegħek possibbli. Għalkemm nies minn madwarek mhumiex jaraw li ser jirnexxilek f’dan il-pass kbir li se tagħmel. Ibqa’ żgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 28 u 29

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Dan il-qamar kwinta għal  Cancer ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar il-pożizzjoni tiegħek fil-karriera. Dan ser issir tafu aktar fil-ġimgħat li ġejjin. Ibqa’ kawt u osseva dejjem ħalli tkun tista’ tanalizza aktar dak kollu li jkun għaddej madwarek u hekk tagħmel analiżi b’aktar reqqa. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  24, 25, 27 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Aries

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Dan il-qamar kwinta għal Leo ser jagħmlek tagħraf iżjed li kollox għandu ż-żmien tiegħu imma l-fażi li int qed tesperjenza bħalissa se toħroġ minnha basta timxi b’moħħok. Jista’ jkun li wasal iż-żmien li tieħu forma ta’ parir li dan jaf ikun ta’ forma ta’ gwida f’din il-fażi u b’hekk issaħħaħ aktar l-abbiltà li għandek bżonn. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Sagittarius

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Dan il-qamar kwinta għal  Virgo ser iwasslek sabiex int tkun tista’ tippjana dak li kellek f’moħħok. Persuna li kont ilek ma tiltaqa’ magħha se titfaċċa. Din taf tagħtik forma ta’ parir li jaf jikkumbina ma’ dak li int tkun qiegħed tippjana. Għalhekk issa tgħaġġilx għax kif jgħid il-qawl: qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 29 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Dan il-qamar kwinta għal Libra, ser ikun ta’ spinta f’dak li int tagħmel imma jrid isir pjan tajjeb dwar il-finanzjament tiegħek ħaġa marbuta ma’ dan hhi li wasal iż-żmien li tibda tanalizza aktar is-sitwazzjoni tiegħek personali mingħajr ma ddaħħal lil ħadd sabiex dak li twettaq ikun ta’ sodisfazzjon personali. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Cancer

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Dan il-qamar kwinta għal Scorpio ser iressaq opportunità tajba ħafna f’dak li int tant ilek taħdem għalih. Din l-opportunità trid xorta waħda tagħmel analiżi profonda tagħha qabel tieħu ċerti deċiżjonijiet. B’hekk tkun żgur li  dak li dieħel għalih huwa tajjeb għalik. Ħejji lilek innifsek għal opportunità ġdida. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 27 u 28

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Gemini

 Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Dan il-qamar kwinta għal Sagittarisu ser ikun proċess li bħalissa għaddej madwarek. Dan jaf joħloq ftit ta’ pressjoni u minħabba f’hekk jaqbel li tistrieħ. Tista’ tinvolvi lilek innifsek f’xi attività sportiva sakemm jgħaddi dan il-proċess u hekk tkun medhi b’affarijiet li tħobb tagħmel. Agħraf iżjed lilek innifsek.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Dan il-qamar kwinta għal Capricorn ser ilaqqgħek ma’ persuna li se tipproponilek opportunità iżda trid tagħraf is-sagrifiċċju li trid tagħmel sabiex tkun tista’ twettaq din l-opportunità li ġiet offruta lilek. Trid tagħraf ukoll kif issa trid tagħmel analiżi profonda ta’ din l-opportunità biex b’hekk dan żgur jirriżulta f’suċċess mistħoqq għalik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 27 u 30

L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Aries

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment