X'ġimgħa qed tbassar għalik l-istilla?

L-oroskopju mill-Ħadd 3 ta’ Marzu sas-Sibt 9 ta’ Marzu

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser jgħinek tagħraf li l-ħajja xi kultant mhux kollox ward. Bħalissa għaddej minn fażi delikata ħafna li jekk ma toqgħodx attent taf tkun waħda kkumplikata. Agħraf li din hi fażi. Emmen fik ħalli fi żmien ħmistax dan ikun biss passat.   Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 8 u 9

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser ipoġġik bejn żewġ sitwazzjonijiet li tiġi bejn ħaltejn fejn ħa taqbad tmur u f’dawn il-ħmistax ser ikollok tagra lil fejn ħa tiġbed l-aktar jekk mhux fil-karriera jew fl-imħabba li int għandek jew agħraf imxi fil-bilanċ assolut. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 8

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Virgo

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà tagħhom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser jgħallmek lil min tista’ tafda jew le u jekk tafda sakemm int tista’ tasal li tafda lil min tafda. Dan qiegħed iseħħ madwarek minħabba li fil-passat kont ġarrabt u ġejt tradut. Għalhekk irrifletti ftit dwar din ir-realtà li int fiha sabiex l-esperjenza tgħarrfek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn  Scorpio

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser jagħmlek tavvanza u tissaħħaħ imma dan jaf iġib miegħu għira. Din is-sitwazzjoni tista’ tikkawża ċertu blokjamenti ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ ġid resqin lejk. Għal dan il-għan għandu dejjem ikollok ċertu protezzjonijiet sabiex tilqa’ kontra dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: kannella u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 8

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser tara li l-ħajja ta’ madwarek għandha triq li din ħa tkabbarlek il-madwar tiegħek. Il-ħajja tiegħek riesqa lejn aspirazzjoni li tant ilek tħaddan ġewwa fik u għalkemm se jkun hemm bosta rwiefen jonfħu kontra tiegħek xejn mhu ħa jżommok milli tkompli tissaħħaħ fil-karriera tiegħek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 7

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Aries

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser tagħraf kemm qed tikkumbatti sabiex iżżomm lura minn xi komplikazzjonijiet fil-madwar li int l-aktar il-karriera, għandek pjanijiet sbieħ ta’ tkabbir imma bħal qisek m’intix fiduċjuża biżżejjed. Taqtax qalbek, ħares ’il quddiem u emmen fik.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: oranġjo u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  3, 5, 7 u 9

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Sagittarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser jagħmlek tagħti ftit aktar każ ta’ saħħtek fejn l-aktar li tinħass li hemm il-bżonn li tagħmel dan huwa li tħejji skeda tajba ta’ dieta tajba. Barra dan trid tara kif ħa ssib ħin biżżejjed għal xi eżerċizzju. Agħraf u rrifletti. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Capricorn

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser jagħmlek tagħraf int temmen fik sabiex ma taqtax qalbek minn dak li qed tesperjenza fil-preżent għax din il-fażi fiż-żmien tliet ġimgħat tgħaddi u dak kollu li int tkun għamilt se jagħtik is-sodisfazzjon. Importanti tibqa’ kawt u tkompli għaddej ħudha bħala eżami din l-esperjenza. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 6 u 8

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser jagħmlek tkompli tkabbar il-potenzjal fil-karriera tiegħek. Però trid tara kif ħa żżomm bilanċ fl-imħabba għax ma tridix minħabba t-tkabbir ta’ madwarek tiżbilanċja minn dak li għandek tajjeb fl-imħabba. Għandek ħmistax ibsin ġejjin agħraf uża moħħok u mhux qalbek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 9

L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Cancer

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser jagħmlek tagħraf li deċiżjoni li ħadt setgħet kienet xi ftit mgħaġġla u minn dak li qiegħed jiġri madwarek issa trid tagħraf kif ħa ddawwar is-sitwazzjoni ħalli kemm jista’ jkun malajr ma jkunx hemm problemi aktar ikkomplikati li jistgħu jitfgħuk f’sitwazzjoni imbarazzanti. Kollox jitranġa. Emmen fik innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 7 u 9

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn Gemini

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

In-New Moon ta’ Pisces għalik se jgħinek tieħu deċiżjonijiet dwar il-futur. Trid tkun waħda ta’ żmien profond. Għalkemm kollox jidher mitluf madwarek, dan jaf ikun żmien ta’ riflessjoni sabiex dak li bħalissa jidher mitluf jaf ikun oppost. Int trid tibqa’ tiffoka fuq dak li verament tixtieq.  Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 7 u 9

L-istilla li ser tħossok l-aktar komdu magħha ġejja minn  Taurus

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

In-New Moon ta’ Pisces għalik ser ikun il-fiduċja ta’ kollega li int kont tafda b’għajnejk magħluqa u issa qed tinduna li jista’ jkun li mhix persuna kredibbli kif kont taħseb li hi. Però peress li qiegħda f’dubju dwar dan tajjeb li tagħmel tip ta’ eżami magħha u b’hekk tkun taf fiċ-ċert sa fejn tista’ tasal. Agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 9

L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Aries

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment