X'qed tgħid l-istilla tiegħek għal San Valentinu?

L-oroskopju mill-Ħadd 10 ta’ Frar sas-Sibt 16 ta’ Frar

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Aquarius, ser ikun il-mument opportun sabiex tagħrfu kemm l-imħabba ta’ madwarkom mhix xi ħaġa garantita għal dejjem. Meta tieħu din il-pożizzjoni dan huwa żball farali. Għalhekk San Valentinu se jerġa’ joffrilek dik il-fjamma sabiex l-imħabba ta’ madwarek timmultiplika aktar. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 15 u 16

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar eżattament fejn int tixtirq li twassal l-imħabba. Importanti għalik hu sa fejn int se tiftaħ lilek innifsek fir-relazzjoni li għandek. San Valentin ser jerġa’ joffrilek spazju biżżejjed sabiex int tkun tista’ turi abbilità romantika. Agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 14 u 16

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Virgo

 Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Aries ser ikun mument opportun sabiex trattab lilek innifsek tkun sentimentali fl-imħabba tiegħek lejn ir-relazzjoni u kemm ma’ dawk li huma viċin tiegħek għalhekk San Valentin ser jerġa’ joffrilek dik il-fjamma sabiex imħabbtek titwassal b’aktar sentiment. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 11, 13 u 15

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn  Capricorn

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal  Taurus ser ikun mument tajjeb għat-tħejjija ta’ pjan ta’ kif int ittejjeb iċ-ċirku tal-imħabba ta’ madwarek. Dan sabiex int tkun tista’ tagħraf kif tqassam u tippjana aħjar. Għalhekk San Valentin ser jerġa’ joffrilek li int terġa’ tqabbad dik il-fjamma tal-imħabba bi tħejjijiet għal aktar okkażjonijiet romantiċi. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: kannella u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 15 u 16  

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Gemini ser ikun mument ta’ riflessjoni iżjed profonda bejn l-esperjenzi tal-passat u għal dawk tal-preżent. L-imħabba hi pilastru fil-ħajja personali tagħhom imma huma motivati għalhekk San Valentin ser jerġa’ joffrilek fjamma sabiex isib spazju profon fl-imħabba. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 14 u 16  

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Cancer

Gemini huma magħrufin għall-felissibilità tagħhom.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Cancer, ser ikun il-mument ta’ kuraġġ f’dak li int verament tixtieq u twettaq fir-relazzjoni tiegħek imma trid tagħraf tajjeb kemm ir-relazzjoni tiegħek hi importanti f’dak li dejjem int tippjana, għalhekk San Valentin ser joffrilek dik il-fjamma li timlik b’aktar ħeġġa ta’ kuraġġ li verament jixraqlek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: oranġjo u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  10, 12, 13 u 15

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Leo, ser ikun mument ta’ opportunità ta’ tkabbir u stabbilita aktar fl-imħabba. Dan ser ikun mument f’aktar għaqda t’imħabba. Ovvjament kif dejjem xtaqt. Għalhekk San Valentin ser joffrilek dik il-fjamma li int se tkun f’pożizzjoni aktar sentimentali aktar minn qatt qabel. Agħraf dan. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 14 u 16

L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio

 Leo huma magħrufin bħala persuni umli.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Virgo, ser ikun mument ta’ aktar indikazzjoni ta’ kif għandek tadatta aktar lilek aħjar fir-relazzjoni tiegħek. Mhux għax qiegħed twettaq xi ħaġa ħażina imma int trid tagħraf għalhekk San Valentinu se joffrilek dik il-fjamma li int tikber u tagħraf iżjed ta’ kemm hi utli din l-imħabba hi għalik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 11, 12 u 15  

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal  Libra, ser ikun mument ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek issaħħaħ aktar lilek innifsek u tkun aktar maqgħud fl-imħabba u jżomm dak il-bilanċ. Propju għalhekk San Valentin se joffrilek dik il-fjamma f’dan iż-żmien tant importanti sabiex dak in-nuqqas li hemm issib tarf tiegħu. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 16  

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Pisces

Libra huma magħrufin bħala nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Scorpio, ser ikun dak il-mument fejn in-nuqqas ta’ motivazzjoni li bħalissa għandek fl-imħabba ta’ madwarek se tagħraf tgħaqqad dik l-għaqda tant meħtieġa. Għalhekk San Valentin se joffrilek dik il-fjamma sabiex dak in-nuqqas li int għandek jerġa’ jibda jikber u jitqawwa ġeww fik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 12, 14 u 16

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Sagittarius

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza  tagħhom                                                         

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Sagittarius ser ikun dak il-mument li se ipoġġik fil-memorji tal-passat biex int tkun tista’ tqawwi iktar lilek innifsek għal dak li għandek madwarek illum u ma terġax tirrepeti. Għalhekk San Valentin se joffrilek dik il-fjamma sabiex l-imħabba tkun tista’ titkattar u tissaħħaħ. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 10, 13, 14 u 15   

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Libra

 Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ San Valentin għal Capricorn, ser ikun dak il-mument ta’ xi ftit ta’ taqbida bejn dak li sarraft fl-imħabba fil-passat għal dak li għandek illum. Int se tagħmel il-pożizzjoni tiegħek f’waħda aktar  soda għalhekk San Valentin se joffrilek dik il-fjamma sabiex issa tkompli tissaħħaħ f’dak li għandek. Agħraf. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 11, 12, 13 u 16

L-istilla ta’ aspirazzjoni fl-imħabba għalik f’San Valentin ġejja minn Libra

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment