Michela Pace tirbaħ l-X Factor... għal Tel Aviv

Issa jibdew il-preparamenti biex tinkiteb il-kanzunetta li se tkanta fil-Eurovision Song Contest

Michela Pace, rebbieħa tal-X  Factor Malta | Ritratt X Factor
Michela Pace, rebbieħa tal-X Factor Malta | Ritratt X Factor

Ilejla l-pajjiż għażel lil Michela Pace mhux biss biex tirbaħ it-tant segwit X Factor, imma wkoll biex tkun hi li f'Mejju li ġej tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir f'Tel Aviv, l-Iżrael. 

Din kienet l-ewwel darba li sar X Factor Malta u l-ewwel darba wkoll li ma sarx il-Malta Eurovision Song Festival li kien appuntament annwali li fih tingħażel il-kanzunetta rebbieħa. 

(Il-gazzetta ILLUM talbet l-opinjoni ta' numru ta' nies dwar l-X Factor Malta. Dawn se jkunu ppubblikati għada l-Ħadd)

 

More in Divertiment