X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 28 ta' Ottubru sas-Sibt 3 ta' Novembru

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser iġib miegħu taqlib li se joffrilek opportunità pożittiva immens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat se tiltaqa’ magħha. Jekk dejjem temmen fik innifsek int se tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu. Dan huwa żmien li fih tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek, hekk int tkabbar il-madwar tiegħek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 1 u 3

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser iġib miegħu taqlib li trid toqgħod ftit aktar attent mis-soltu u minn dak li qabel ma kontx ittih daqtant attenzjoni għal dak li jista’ joħroġ minnhom. Aħjar tkun aktar imħejji għax qatt ma taf x’jista’ jiżviluppa fil-ġejjieni. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 2

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser jagħmlek trattab aktar ir-ras iebsa li jaf ikollok minn mument għall-ieħor dan għaliex aktar minn qabel ser tkun effettiv. Fik hemm ċertu ebusija u dan jaf ikun ta’ xkiel kemm mil-lat ta’ karriera wisq aktar jekk int għandek relazzjoni. Għalhekk agħraf ikkontrolla sabiex timxi aktar ’il quddiem. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 3

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser ifisser li ser ikollok ftit ta’ taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat uża kemm tista’ moħħok sabiex tkun tista’ timxi aktar b’għaqal. Jekk jirnexxielek tagħmel dan se tasal f’aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kont. Dan huwa stadju ferm importanti għalik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 1 u 2

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo

Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser joffrilek toroq aktar miftuħa għal opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek li din se toffrilek xejra ta’ tibdil pożittiv, però bħalissa l-aktar li tispikka hija l-linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil għalik, però issa int trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tkabbar dak li riesaq lejk. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 3  

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser ifisser li tkun aktar stabbli f’dak li ilek tant tiffoka fuqu. Dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ però trid tagħraf li żżomm bilanċ mat-tkomplija tal-ħajja ta’ madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  28, 31, 1 u 2  

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini

Cancer huma magħrufin għall-burdati stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser ifisser li int għandek tibda tagħraf l-abbiltà tiegħek. Għandek tagħraf u tisma’ l-parir dejjem bħala linja gwida imma asal s’hemm. Int għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet wara l-pariri li tkun smajt. Agħraf kull aspett li int tista’ tadatta fih. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 30, 2 u 3  

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser  ikun ifisser li issa l-perjodu ta’ madwarek ser ikun aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu. Hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta’ stabbilità, aħtaf din l-opportunità sabiex timxi ’l quddiem fil-ħidma tiegħek. Agħraf sib spazju u ħin għalik. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 30, 31 u 2

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser ikun ifisser li tagħraf aktar il-bżonnijiet personali, l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament, għalhekk ikun tajjeb li f’dan il-perjodu ddur waħda madwarek sabiex meta jasal il-mument ta’ pressjoni fil-karriera tkun aktar imħejji u aktar stabbli. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 2

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces

Libra huma magħrufin bħala nies umli.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser ikun ifisser li trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu u kif tagħraf tiddeċiedi. Dan huwa perjodu delikat u s-sitwazzjonijiet jafu joħolqu ċertu nervi ġewwa fik. Għalhekk trid tagħraf iżżomm kemm tista’ kawt sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla.Kun kawt kemm tista’ u agħraf sew. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: vjola u iswed

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 1

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser ikun ifisser li int se tħossok xi ftit imfixkel bejn l-imħabba li kellek fil-passat għal dak li int għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu fik ftit ta’ konfużjoni, għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li int għaddejja minnu fil-preżent għax jekk tmur għall-passat taf tiftaħ ferita tħarbatlek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 29, 31, 1 u 2

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Virgo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li beda ż-żodijaku ta’ Scorpio dan ser ikun ifisser li se toħloq xi ftit tensjoni madwarek, aktar mis-soltu dan l-aktar se jaffettwak huwa ma’ kollegi ta’ xogħol. Jaf ikollok aktar nervi u bħal kollox qisu ġej ħain. Issa jekk int ma tagħrafx tilqa’ dan il-perjodu se jkun ferm itwal. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: blu u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 28, 29, 31 u 2  

L-istilla li se toffrilek kariżma ġejja minn Leo

L-istilla li se tkun ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer

More in Divertiment