X'qed tgħid l-istilla tiegħek għal din il-ġimgħa?

L-Oroskopju tal-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer mill-Ħadd 21 ta’ Ġunju sas-Sibt 2 ta’ Lulju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Aquariusser jurik li trid tagħraf tkun ċar dwar x’vera trid kemm fil-ħajja personali tiegħek u anke dak li għaddej madwarek. Li tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn anzi taf tikkrea ċirku negattiv li jista’ joħloq sitwazzjonijiet xi ftit diffiċli madwarek. Ilqagħlhom. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Pisces ser ikun riflessjoni fuq ħajtek. Wasal il-mument sabiex tagħmel ftit irtokki personali. Grazzi għal dawn għandek tkompli tikber, tissaħħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta’ madwarek, tagħraf il-potenzjal tiegħek u kemm għandek x’toffri.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Cancer

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Aries se jgħinek tagħraf ħidmitek u tara x’hemm bżonn u x’inhu l-aktar vijabbli għalik u dak li mhux naqqsu. Għalkemm se tiffoka fuq il-karriera tiegħek, grazzi għal dan tista’ wkoll tagħraf issib aktar bilanċ fil-ħajja personali dan jista’ jkun pass lejn l-istabbiltà li tagħraf tibbilanċja madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 30  

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Leo

 Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Taurus dan sejjer ikun perjodu li jagħtik motivazzjoni personali u fil-karriera. Ħabib li ser tiltaqa’ miegħu ser jispirak aktar f’dan ir-rigward. Dan ikun pass pożittiv għall-ħajtek u tista’ tagħraf il-kwalitajiet li għandek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Virgo

 Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Gemini se jgħinek tagħraf aktar il-bżonnijiet ta’ dak kollu li għadej madwarek. Jekk ilek ma tagħmel xi forma ta’ pjan lejn dak li għandek bżonn dan huwa l-perjodu li jagħtik dik il-bidla fl-iskeda li jista’ jkun issa għamlet żmienha u għandek bżonn waħda friska. Hekk tħossok aktar int.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Cancer ser jgħinek tieħu deċiżjoni verament iebsa li int se tagħmel imma din sejra tiftaħlek ċertu bibien li issa sfortunatament kienu magħluqin. Issa se tara kemm int verament kapaċi tibni karriera u ħajja mmexxija minek u mhux ħajja addatta għalik minn ħaddieħor. Tibżax minn dan il-pass.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 28 u 29

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Sagittarius

 Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Leo ser jistimulak fit-tmexxija għaqlija li tant int magħruf għaliha. Ser jagħtik dil-fortuna li jista’ jkun naqset xi ftit minn madwarek sabiex tagħraf aktar tmexxi lilek innifsek lejn dak li huwa verament ta’ bżonn għal ħajtek. Jekk int kont xi ftit inċert issa se terġa’ tagħraf din il-qawwa li int tista’ tagħraf timxi kif vera tixtieq.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 27, 28 u 30

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Virgo se jipprovdilek li int trid tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal-inqas ma tikkawżalekx ħsara tant. Din it-taqbida li taf jekk int ma ssibx tarf tagħha taf toħloq ħafna problemi madwarek li żgur mhux il-mument għal dan. Għalhekk jaf ikun forma t’għajnuna li trid tevita.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Libra se jipprovdilek sitwazzjoni li trid tnaqqas minn pressjoni ta’ ħidma li int involut fiha u dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett m’intix qed tlaħħaq ma’ dak kollu li hemm madwarek u dan xi kultant qiegħed joħloq ċertu tensjoni madwarek. It-tieni l-ħajja ta’ familja. Agħraf aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 28 u 29

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Scorpio se jipprovdilek sfida f’ħajtek sabiex tagħraf jekk hux viabbli timxi ma’ dak li għandek madwarek illum jew tibda ħajja kompletament ġdida. Ma tistax minħabba affarijiet li mhumiex fil-kontroll tiegħek tintefa’ f’ħajjet ħaddieħor. Ara kif se tibda timxi għalik innifsek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 29 u 30  

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Pisces

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Sagittarius huwa żmien li fih trid tagħraf aktarf l-impenn fl-imħabba li hemm madwarek u tagħtiha l-ispazju li jixirqilha. Jekk dan ma tagħrfux jista’ jkollok sitwazzjonijiet li ġarrabt bħalhom fil-passat. Uża l-passat bħala mera tiegħek fl-imġabba biex toħloq il-bilanċ meħtieġ.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Cancer għal Capricorn għandu jservi ta’ pont ta’ aktar għaqda bejn dak li dan l-aħħar qisek insejt xi ftit jew tlift il-kontroll. Għandu wkoll iservi ta’ pont bejn dak kollu li hemm madwarek u meta dan il-pont se tagħmlu se tagħraf kemm il-ħajja ta’ madwarek hi aħjar u ta’ valur akbar għal dak li hemm imħejji għalik.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29   

L-istilla li se tagħtik kuraġġ f’ħajtek ġejja minn Taurus

 Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

More in Divertiment