Nas Daily se jieqaf

Nas Daily fadallu biss 250 ġurnata imma...

Il-vblogger Nas Daily, li sa ftit jiem ilu kien f'Malta, ħabbar li se jkun qed jieqaf jaħdem fuq filmat ġdid ta' minuta kuljum.

Fl-aktar filmat riċenti, Nas kiteb li l-aħħar filmat mis-sensiela ta' "that's 1 minute, see you tomorrow," se jkun l-1,000 wieħed li jaħdem.

Dan ifisser li fadallu jaħdem fuq 250 filmat, filwaqt li insista li l-enerġija li hu magħruf għalija mhux se tieqaf imma se tiżdied.

Jidher iżda li Nas qed jippjana xi ħaġa għall-futur. Fil-filmat hu stess jgħid li xorta waħda se jkun qed jaħdem fuq filmati għalkemm mhux se jkun qed itella' filmati b'daqshekk frekwenza.

Fi kliemu l-bniedem hekk magħmul. Meta jkun se jieqaf jaħdem fuq xi ħaġa, jibda jippjana x'se jagħmel fil-futur.

Temm jgħid li ħafna drabi, dak li jiġi wara jkun akbar u aqwa.

More in Divertiment